Dud li jiekol il-ġisem u r-ruħ... l-ewwel film tal-waħx Malti

  • Ott 16, 2014 07:28
  • Miktub minn Kristabell Catania

    Hekk kif resqin lejn Halloween, ġurnata li fiha tħobbha jew tobgħodha se tinzerta madwarek xi ħaġa tal-biża' inewsmalta.com iddeċieda li jidħol fid-dinja tal-waħx u tkellimna mad-direttur tal-ewwel film tal-biża' Malti- Breeder.

    Hekk kif dħalna fl-uffiċċju ta’ Patrick Vella, id-direttur u ko-produttur tal-film, l-ewwel impressjoni kienet 'il bogħod minn dik tal-waħx hekk kif kelb ċkejken laqana fil-bieb b’entużjażmu. Grazzi għal dan il-kelb id-diskussjoni mill-ewwel infetħet dwar l-animali; mill-klieb għal ġrieden u mill-ġrieden għad-dud; il-protagonist assolut tal-film Breeder.

    Sabiex inqegħdu kollox f’kuntest ejja nibdew mill-bidu, x’inhu Breeder? Breeder huwa film tal-waħx iżda bi storja kumplessa ta’ breeder tad-dud tenebrium malitor, b’mod komuni jitmawhom lill-ġrieden. F’dan il-film naraw kif il-kilba għall-flus twassal lil dan il-missier jittestja il-limiti tal-etika, tal-imħabba u l-limiti tiegħu. Apparti il-breeder jidħlu ukoll diversi karattri interessanti li kollha għandhom storja b’saħħitha u intrikata.

    L-idea ta’ Breeder tmur lura għas-sena l-oħra meta Patrick ħareġ bil-kunċett ta' The Breeder verżjoni qasir tal-film li ser jkun fis-sala tal-Eden Cinema, dan il-film rebaħ diversi premjijiet f’40 festival madwar id-dinja. Fost ħafna premji kien innominat għal “Truly disturbing” fl-Amerka, l-iktar film disturbanti, żgur li jawgura tajjeb għal dawk midħla ta’ dan il-ġeneru.

    Il-film intlaqa’ tajjeb ħafna stqar Patrick u la darba rajna li hemm potenzjal u anke riżorsi biex dan isir film twil ta’ siegħa u nofs, dħalna għal din l-isfida. Rajna x’riżorsi għandna spjega Patrick, rajna il-postijiet u r-riżorsi umani imbagħad bdejna l-iscript.

    Bħal ma hu xhieda l-uffiċċju tiegħu, mżejjen u armat b’mod li jissuġerilek dar huwa stqar li jħossu komdu f’ambjent aktar intimu u għalhekk għażel li l-film kollu jinħadem biss b’għaxar atturi. Għaxar atturi li magħhom ħadem fuq proċess twil ta’ ħidma biex huma stess jibnu il-karattru u mhux sempliċiment jinterpretaw rwol.

    Ta’ min jgħid ukoll li l-crew kollu apparti persuna waħda kienu Maltin. Taħseb li l-Maltin jistgħu qatt jilħqu l-istandards barranin, staqsa inewsmalta.com Bi tbissima stedinna naraw il-film u niġġudikaw aħna. L-Istandard, kompla Patrick mhuwiex ta’ Hollywood għaliex ir-riżorsi u l-baġit mhumiex ta’ Hollywood, iżda l-istandard huwa għoli daqs l-independent films oħra.

    Minkejja li ma riedx jikkumenta fuq films oħra huwa stqarr li biex tagħmel prodott tajjeb trid investiment b’saħħtu. Xi drabi l-prodott li joħroġ fuq is-suq ma jkunx ta’ kwalità iżda b’tonn dispjaċut stqarr li hemm min ma jinteressaħx il-kwalità, kuntent jara film għax jista' jissejaħ ‘Malti’. Dan għal Patrick qatt ma kien il-każ, qabel xejn jaħdem għas-suq barrani, għaliex hawn jista' jiġi evalwat bl-istadards tal-industrija. Ma tagħmilx sens kemm fuq livell artistiku kif ukoll fuq dak ekonomiku li taħdem fuq skala lokali biss.

    F’dan il-film ser immissu wkoll ma' diversi stejjer umani li jagħtu lil dan il-film tal-waħx dimensjoni oħra, b’kumbinazzjoni qalli Patrick il-film se jmiss mat-tema taħraq ta dawn l-aħħar xhur, il-kaċċaturi. Se jagħti wkoll ħarsa lejn psikoloġija kumplessa ta’ ‘kemm kont aħjar meta kont agħar’ better the devil you know bħal ma jgħidu l-Ingliżi.

    Punt ieħor li Vella insista fuqu kien il-lingwa, hu stqarr li minkejja l-istorja fantasjuża hu ried li dan il-film ikun Malti u jibqa' fidil lejn il-kultura tagħna, wieħed mill-akbar għodda biex taghmel dan hija l-lingwa. Kulturalment huwa stqarr mixjin lejn lingwa mħalta mal-Ingliż. Hu stqarr li ta dan ġie kkritikat, jgħidulu “tal-pepe” imma m'huwiex, hi rappreżentazzjoni ta’ kultura ġdida li jaqblina naqbdu u naċċettaw.

    Għaliex għażel li l-ewwel film tiegħu ikun tal-waħx? Huwa stqarr li dan il-ġeneru huwa imfittex sew minn udjenza barranija fejn saħansitra hemm ċinemas apposta iddedikati għalihom. Waqt il-premiere saħansitra se jiġi direttur Ġappuniż biex jara jekk hux interessat li jesporta Breeder fil-Ġappun, “it’s a make it or break it deal” qalli waqt li ġibed nifs twil mis-sigarett eletroniku, xhieda tat-tensjoni għal dak il-mument li jgħidlu iva jew le. Barra minn hekk l-imħabba ta' Patrick għal ġeneru tal-waħx tmur lura b'ħames snin mal-ewwel edizzjoni ta' Dar il-Waħx.

    Dan il-film huwa kollu investiment privat stqarr Vella li ammeta li kien kemmxejn qalbu maqtugħa mill-fondi, ġieli naplika u ġieli le qalli. Imma l-fatt li ma ħadtx finanzjament qatt ma kien se jżommni lura.

    Hekk kif id-diskussjini daret fuq l-arti f’Malta, Patrick b’dispjaċir spjega kif l-arti f’kull kutura min imexxi iħares lejha bħala prodott sekondarju. Għal kull gvern jagħmel iktar sens jinvesti fl-ekonomija milli l-arti le? Ħallini wkoll b’diversi domandi li għalih huma ċruċjali biex iżidu l-investiment fil-qasam bl-iktar waħda kruċjali “x'inhu arti u x’intu entertainement?” Minkejja dan hu semma li investiment pożittiv qiegħed issir, biss kull Gvern ikun min ikun irid jibqa’ viġilanti li l-finanzjamenti jingħataw lill-aħjar progetti li jgħinu lis-settur jikber.

    Kultant iħoss li qed ninvestu fis-settur ċinematografiku għal barranin stqarr Vella, bi tbissima qalli Brtad Pitt ġie hawn għax jaħseb li hu biss jaf bina. Għalhekk irridu ninvestu fuq pjattaforma akbar u noffru esperjenza ċinemeatografika f’kull aspett mhux biss numru limitat ta’ postijiet b’xenarji spettakolari.

    Il-Premier tal-film se jkun fit 22 ta’ Ottubru fl-Eden Ċinema. Il-film skont il-bord tal-klassifikazzjoni mhux addattat għal udjenza taħt it-tmintax il-sena. Ħaġa li ma tantx qabel magħha id-direttur li spjegalna li m’hemm xejn xokkanti fil-ġisem tal-bniedem iżda hi sempliċiment perspettiva, biss b’umiltà ammetta li dan il-film iva ser jixxokja u jqajjem diskussjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Ott 16, 2014

    F'dinja mimlija problemi, jiena nahseb li l-produtturi tal-films ghandhom joholqu films pozittivi. Is-suggett u n-natura ta' dan il-fim ma toghgobni xejn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 16, 2014

    Ahna drajna wisq il lingwa Maltija... Film bl-ingliz f'cinema jinzlilna ghasel, imma film bil-Malti ghalina jibqa dejjem l-iktar "cheap"... Minijx immaqdar dan il-film jew l-ohrajn ghax id-drama Maltija jien narha kollha... Imma h

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 16, 2014

    Naqbel mieghek Films pozitivi bizzejjed hawn l-Ebola u problemi ohra. Xi flim bhal klassi ghalina jinzghal ghasel.

    Irrispondi