Euro 2016 – Malta megħluba iżda mhux umiljata

  • Ott 14, 2014 00:14
  • Miktub minn

    Minkejja li ħarġu tel­liefa bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Italja f’logħba valida mir-round preliminari tal-Euro 2016, il-Maltin kellhom wirja mill-aktar qalbiena u għaldaqstant ħarġu b’rashom mgħollija mill-Istadium Nazzjonali.

    Mit-telfa ta’ 3-0 kontra n-Nor­veġja, il-coach tat-team nazzjonali Malti, Pietro Ghedin, għamel bidla waħda fejn għażel li jibda lil John Mintoff minflok Ryan Fenech, filwaqt li d-difensur Steve Borg kien għadu sospiż.

    Kif mistenni, it-Taljani ħar­ġu fuq l-offensiva u lanqas kienet għadha għaddiet minuta fejn ħolqu okkażjoni ta’ skor meta Ciro Immobile ra x-xutt tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasta di­fiża minn Andrew Hogg.

    Malta rrispondew tajjeb wara kwarta logħob meta xutt ta’ Clayton Failla, minn tarf il-kaxxa, ġie devjat f’corner minn difensur Taljan.

    It-Taljani kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta, tliet minuti wara, id-daqqa ta’ ras tad-debuttant Graziano Pellé, ħabtet mal-wieqfa, bid-difiża Maltija tikklerja f’corner.

    Mill-istess corner, mogħti minn Manuel Pasqual, tentattiv ieħor minn daqqa ta’ ras, din id-darba ta’ Marco Verratti, ħabat mal-lasta qabel intemm barra.

    It-Taljani fethu l-iskor, fit-23 minuta, meta minn corner mogħti minn Pasqual, Hogg wettaq save fuq Immobile, qamet taħwida fil-kaxxa ... il-ballun spiċċa f’saqajn GRAZIANO PELLÉ li mill-viċin xeħet ġewwa.

    Fis-27 minuta, Malta qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa l-captain Michael Mifsud, wara foul ikrah fuq Alessandro Florenzi.

    Koinċidenza jew mhijiex, dan kien kważi l-istess ħin li fih tkeċċa Steve Borg kontra l-Kroazja, f’Zagreb, fejn il-Maltin tilfu bl-iskor ta’ 2-0. B’hekk il-faxxa ta’ captain ingħatat lil Roderick Briffa.

    Fit-32 minuta tentattiv minn freekick mill-isbaħ mogħti mill-ispeċjalista Clayton Failla għadda barra mil-lasta difiża mill-goalkeeper ta’ Juventus, Gianluigi Buffon.

    It-Taljani komplew fuq l-offensiva fil-ftuħ tat-tieni taqsima u, fis-46 minuta, xutt ta’ Antonio Candreva stampa mal-wieqfa. U ftit wara minn cross ta’ Verrati, għola tajjeb Ciro Immobile li kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin jiġi milqugħ minn Hogg mingħajr diffikultà.

    U fit-73 minuta, kien imiss lill-Italja li jispiċċaw jilagħbu b’10 players meta Leonardo Bonucci, li kien l-aħħar raġel, waqqa’ lil Andrè Schembri bir-referee Rumen Ovidiu Hadegan joħroġ karta ħamra diretta.

    U żewġ minuti biss wara, tentattiv minn freekick dirett ġie milqugħ minn Buffon minn mal-art. Ftit wara, xutt tas-sostitut Giovinco ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Andrew Hogg.

    Fid-90 minuta l-Italja kienu għoddhom rdoppjaw iżda x-xutt fil-baxx ta’ Sebastian Gio­vinco stampa mal-wieqfa.

    Ritratti: Ian Noel Pace

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    IL BIRAH 13 TA OTTUBRU RAJT IL-LOBA BEJN. MA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    Nixti

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    Ergajna bl-istess pantomima..........kantajna l-innu tal-barrani. Zgur li issa la nilghabu fl-Italja se nsibu lil Ramazzoti, Morandi jew forsi Celentano li jirreciproka billi jkantalna l-innu Malti!

    Irrispondi
  •  

Facebook