Penne biz-zalzett Malti

  • Ott 13, 2014 09:10
  • Miktub minn

    Ingredjenti għal erba' persuni

    Penne madwar 75g sa 120g kull wieħed

    madwar 200g zalzett tal-Malti

    tmienja tadam miż-żgħar, (cherry tomatoes),, maqsumin fin-nofs

    żewġ ponnijiet rukola

    nofs chili niexef żgħir, mqatta' fin

    nofs kuċċarina rignu

    żewġ sinniet tewm

    erba' mgħaref krema friska

    sitt mgħaref inbid, jiena nħobb nuża Rose ma dan id-dixx

    Melħ oħxon, bżar mitħun frisk

    Ftit żejt taż-żebbuħa

    Gran Padano maħkuk frisk

    Metodu

    Sajjar l-għaġin skont kif jgħidlek il-pakett. Ġo kazzola, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa u itfa' it-tewm. Ħawwad u itfa' il milli taz-zalzett.

    Żied iċ-chilli u rignu u sajjar ftit aktar. Żied l-inbid, sajjar u naqqas iz-zalza fuq in-nar. Żied il-krema u ħawwar bil-melħ u bżar. Ħallat iz-zalza mal-għaġin.

    Imbagħad fl-aħħar żied iċ-cherry tomatoes maqsumin minn nofs u r-rukola

    Spiċċa billi tagħmel ftit Grana Padano fil-wiċċ.

    Riċetta miġjuba lilkom minn Lea Hogg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    tajba immens dir ricetta. nissuggerixxi lil inews jaghmlu sezzjoni fil-website u dawn ir-ricetti jingabru fihom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 14, 2014

    its nice to see maltese food mmmmm how i miss it, i will be showing my mother as she is english its my father who is maltese.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 15, 2014

    Ma din ir-ricetta iridt jingieb health warning ghal min ghandu kolostorol oghli jew hu ohxon izzejjed!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 17, 2014

    Iz-zalzett Malti mhu xejn hlief majjal ikkapuljat bil-hwawar. Dejjem kul b'moderazzjoni. Bilhaqq, l-ghagin fih il-karboidrati li jzidulek iz-zokkor. Kollox fih tieghu. Tiklux frekwenti.

    Irrispondi