Euro 2016 – Antonio Conte jgħid li l-logħba kontra Malta hija mportanti għalihom

  • Ott 13, 2014 00:17
  • Miktub minn
"

    Il-logħba kontra Malta hija importanti ħafna għalina - hekk stqarr il-kowċ tat-team nazzjonali Taljan Antonio Conte waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, li saret fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, meta rrefera għal-logħba konta l-Azerbaijan li fiha t-Taljani rebħu bl-iskor ta’ 2-1, li iżda, ma kkonvinċewx.

    Conte kompla biex qal li wara d-diżappunt tat-Tazza tad-Dinja, it-team nazzjonali Taljan imbarka fuq proġett ġdid u huma jridu jaħsbu biss fuq li jagħtu l-100% tagħhom kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu.

    Hawnhekk huwa semma’ l-eżempju ta’ ċiklista li jibda jsuq ir-rota minn ta’ età żgħira u li jagħmel moħħu hemm biex ikompli jitgħallem. U bħalu, tenna Antonio Conte, il-plejers Taljani jridu jaħdmu qatigħ mingħajr ma jagħtu kas tal-kritika indirizzata lejhom.

    Mistoqsi jekk hux se jkun hemm tibdiliet fil-formazzjoni minn dik kontra l-Azerbaijan, Conte sostna li iva jista’ jkun hemm speċjalment fid-dipartiment tal-attakk iżda ma tax dettalji.

    B’nofs daħka huwa semma’ li kemm Pelle, Destro, Zaza, Immobile, Giovinco u oħrajn jistgħu jkunu inklużi. Madankollu l-ikbar dubju huwa dak jekk Conte hux se jinkludi lil Graziano Pelle li qed ikollu staġun mill-aqwa ma’ Southamptron, fil-Kampjonat Ingliż, kif ukoll lil Mattia Destro.

    Dan l-iktar minħabba l-fatt li din se tkun it-tieni logħba fi tliet ijiem għat-Taljani. Conte afferma li jinsab kuntent bid-dedikazzjoni u l-impenn tal-plejers tiegħu li jagħtu l-massimu tagħhom waqt kull sessjoni ta’ taħriġ u anke fil-grawnd.

    Dan deher biċ-ċar speċjalment fil-logħba kontra l-Azerbaijan fejn li kieku team kien maqsum fih innifsu kien isofri dannu psikoloġiku, iżda kuntrarju għal dan, l-Italja wettqet reazzjoni mill-aqwa u mill-ewwel ħolqu żewġ okkażjonijiet ta’ skor b’wieħed minnhom jissarraf f’goal.

    Mistoqsi minn inewsmalta.com jekk jaħsibx li teżisti problema fl-attakk Taljan speċjalment wara li l-aħħar goals tat-Taljani waslu minn doppjetta ta’ Chiellini li jilgħab fl-irwol ta’ difensur, Conte tenna li huwa minnu li hemm bżonn ta’ iktar kattiverja u preċiżjoni taħt il-lasti avversarji iżda ma jara li teżisti l-ebda problema partikolari fid-dipartiment offensiv.

    Finalment mistoqsi jekk hux qed jistenna li l-kowċ Pietro Ghedin jaddotta sistema difensiva bħalma għamlu l-Azerbai­jan, nhar il-Ġimgħa, Conte kien pront wieġeb li ra lil Malta tilgħab football miftuħ fejn ħolqot diversi okkażjonijiet ta’ score kontra n-Norveġja iżda ma jaħsibx li huma se jkunu qed jagħmlu l-istess llum kontra t-team immexxi minnu.

    Waqt din il-konferenza stampa kien hemm preżenti wkoll il-goalkeeper u captain tat-team nazzjonali Taljan kif ukoll dak Juventin Gianluigi Buufon li llum jgħodd is-36 sena iżda għadu meqjus fost l-aqwa goalkeepers fid-dinja.

    Mistoqsi rigward il-logħba kontra l-Azerbaijan, huwa tenna li wara li sofrew il-goal tad-draw beża’ li setgħu jitilfu żewġ punti iżda fil-fatt għamlu reazzjoni qawwija u spiċċaw biex ħarġu bit-tliet punti bit-tieni gowl għalihom, bħall-ewwel wieħed, jasal mid-diensur Giorgio Chiellini, li bħal Buffon, huwa plejer ta’ Juventus.

    Huwa saħaq li llum għalkemm se jilagħbu kontra Malta, xorta waħda jridu jagħtu l-massimu tagħhom fil-grawnd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0