Euro 2016 – L-Ingilterra kellhom jitħabtu

  • Ott 13, 2014 00:08
  • Miktub minn

    Meta tkompla l-programm tar-round preliminari tal-Euro 2016, mifrux fuq sitt ijiem, l-attenzjoni kienet mixħuta fuq l-Ingilterra hekk kif marru jilagħbu kontra l-Estonja fejn kellhom jitħabtu biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jiġi skorjat wara li l-Estonja kellhom plejer imkeċċi. Min-naħa tal-holders Spanja, dawn insew id-diżappunt tat-telfa kontra s-Slovakkja bl-is­kor ta’ 2-1, meta lagħbu kontra l-Lussemburgu u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.

    Fi Grupp C, iċ-champions renjanti, Spanja, kisbu rebħa ta’ 4-0 kontra t-team modest tal-Lussemburgu bl-iskor ta’ 4-0. Il-goals waslu minn David Silva (27),, Paco Alcacer (42),, Diego Costa (69), u Juan Bernat (88),.

    Is-Slovakkja huma l-leaders ta’ dan il-grupp, b’punti massimi minn tliet logħbiet meta din id-darba għelbu lil Belarus bl-iskor ta’ 3-1, b’goals ta’ Marek Hamsik (65, 84), u Stanislav Sestak (90), filwaqt li Timofey Kalachev (79), kiseb id-draw momentarju għal Belarus.

    Fil-logħba l-oħra, l-Ukraj­na rebħu lil Maċedonja bl-iskor ta’ 1-0 b’goal ta’ Sergiy Sydorchuk (45),.

    Minn Grupp E, l-Ingilterra rebħu t-tielet partita biex għandhom punti massimi, li iżda, sabuha ferm diffiċli biex għelbu lil Estonja bl-iskor ta’ 1-0 li lagħbu għal taqsima sħiħa bi plejer inqas meta tkeċċa Ragnar Klavan, fit-48 minuta. L-uniku goal wasal minn ġmiel ta’ freekick ta’ Wayne Rooney (74),. Dan kien it-43 goal personali tiegħu fejn qed jersaq lejn ir-rekord ta’ Bobby Charlton (49),.

    Barra minn darhom, Slo­venja, irreġistraw rebħa ta’ 2-0 fuq il-Litwanja bl-eroj ikun Milivoje Novakovic (33, 37), li skorja doppjetta.

    Fi Grupp G, l-Awstrija għelbu lil Montenegro b’goal uniku ta’ Rubin Okotie (24),.

    Il-Moldova wettqu s-sor­priża tal-ġurnata meta marru r-Russja u żammewhom bl-iskor ta’ 1-1.

    Ir-Russi fetħu l-iskor minn penalty ta’ Artem Dzyuba (73), iżda minuta wara Alexnadru Epureanu (74), kiseb id-draw għall-Moldova.

    B’goal f’kull taqsima, Svezja għelbu lil Liechtenstein bl-iskor ta’ 2-0, b’goals ta’ Erkan Zengin (34), u Jimmy Durmaz (46),.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0