ŻiguŻajg: festival tal-arti għall-iċkejknin u l-adulti b’għatx għal fantażija

  • Ott 11, 2014 12:41
  • Miktub minn

    It-tfal u ż-żagħżagħ, għar-raba’ sena, se jkollhom l-opportunita’ li jkunu li jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni fl-ispettaklu artistiku li jaf joffri il-Festival ŻiguŻajg. F’dan il-festival l-arti f’kull forma tagħha ser iddawar lill-udjenza permezz ta’ poeżija, spettakli bil-pupazzi, installazzjonijiet u arti, fost ħafna oħrajn.

    Mis-17 sat-23 ta’ Novembru, il-festival se juri 28 produzzjoni, li jinkludu 12-il produzzjoni internazzjonali minn seba’ pajjiżi differenti. Artisti minn Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Olanda se jingħaqdu ma’ uħud mill-aħjar artisti Maltin.

    L-organizzaturi ta’ ŻiguŻajg qalu li t-tfal huma mistennija li jmorru bi ħġarhom għall-festival li, din is-sena, mistenni jiġbed udjenzi ta’ madwar 12,000 u li se jattendu 132 avveniment fuq medda ta’ ġimgħa.

    Mill-mużika għaż-żfin, mill-arti viżiva għall-pupazzi, u mill-mima għat-teatru, it-tfal jidħlu f’sensiela ta’ dinjiet paralleli fejn il-ħolm u l-memorji, il-foresti u l-ġonna, l-immaġinazzjoni u r-realta’ jingħaqdu sabiex jirrakkontaw stejjer eċitanti li t-tfal żgur li se jirrelataw magħhom.

    Din is-sena l-festival ser jagħti ukoll ħarsa lejn stejjer dwar il-bullying u dwar il-mard.

    It-tema ta’ din is-sena filfatt iddur madwar l-identità, b’artisti bħal Trevor Zahra, Austin Camilleri, Simone Spiteri, Ruben Zahra u Vince Briffa, jesploraw l-identità b’sensittivita u immaġinazzjoni kbira.

    Id-direttur artistiku Toni Attard saħaq li l-artisti jifhmu r-responsabbilta’ tagħhom hekk kif permezz ta’ festival bħal dan jista jkun li tifel jew tifla jiltaqgћa mal-arti għall-ewwel darba.

    Il-festival ta’ ŻiguŻajg joffri programm vast b’artisti ta’ kalibru għoli. Kull sena l-programm jittella’ b’attenzjoni kbira għall-preżentazzjoni, ġeneri, relevanza għal etajiet differenti u, fuq kollox, eċċellenza. Il-programm huwa riżultat ta’ proċess ta’ kkummissjunar li jdum gћaddej sena sħiħa, bl-artisti li jieħdu sehem joffru u jiddiskutu ideat u stejjer flimkien.

    ŻiguŻajg huwa mtella’ miċ-Ċentru ghall-Kreattivita’ tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u l-Gvern ta’ Malta.

    Huwa mtella’ wkoll bl-għajnuna tal-Mackintosh Foundation, MSV Life, l-Ambaxxata Germaniża u l-Fondazzjoni Valletta 2018 kif ukoll l-Ambaxxata Awstrijaka, Malta Airport Shopping, Actavis u Pampers.

    Biljetti jistgħu jinxtraw minn www.ziguzajg.org. Il-biljetti kollha għall-produzzjonijiet ta’ filgħodu għall-iskejjel huma bla ħlas. Biljetti għal dawk il-produzzjonijiet miftuħin għall-pubbliku jistgħu jinkisbu għal €2 il-wieħed.

    www.ziguzajg.org, https://www.facebook.com/ziguzajg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0