Wara 14-il sena titkellem Gracie, it-tewmija li salvat minn ġisem wieħed b’żewġ ħajjiet

  • Ott 11, 2014 11:57
  • Miktub minn
"

    14-il sena wara it-twelid tat-tewmin Għawdxin Gracie u Rosie id-Daily Mail reġa żar l-istorja ta’ dawn it-tewmin li twieldu magħqudin mill-qadd u l-ispina. Lura fl-2000 kienet il-qorti Ingliża li iddeċidiet li ż-żewġ tewmin kellhom jiġu sseperati hekk kif kollox kien jindika li l-organi ta’ ġisem wieħed ma setgħux issostnu liż-żewġ tfajliet u fi żmien xhar kienu immutu it-tnejn.

    Dan wassal biex Rosie mietet u Gracie salvat. Erbatax il-sena ilu l-ġenituri tat-tewmin Michael u Rina Attard kellhom imorru iwelldu lit-tewmin fi sptar f’ Manchester hekk kif l-isptar f’Malta ma kienx attrezzat għal wild taż-żewġ t’ibniet magħqudin f’ġisem wieħed. It-tim mediku kien saħaq li Rosie kienet biss estenzjoni tal-ġisem ta’ Gracie, hekk kif it-tnejn kellhom biss qalb u sistema ta' ċirkolazzjoni waħda u għalhekk ma setgħux issalvaw it-tnejn.

    Il-Koppja qalet lid-DailyMail li bħala Kattoliċi qatt ma kkunsidraw l-abort meta saru jafu li t-tewmin kienu magħqudin, u Rina sostniet li l-futur tat-trabi kien f'idejn Alla. Il-qorti iżda ddeċidiet li jekk jibqgħu magħqudin it-tnejn immutu.

    Il-ġenituri aċċettaw id-deċiżżjoni u wara operazzjoni ta’ 20 siegħa, Gracie salvat.

    Gracie stqarret li baqgħet mistgħaġba li l-istorja tagħha u t'oħtha kienet ta' interess għal tant nies madwar id-dinja.

    Wara proċess twil ta’ fejqan Gracie tgħix ħajja normali flimkien mal-ġenituri tagħha u m'oħtha Rosie ta’ 12-il sena f'Għawdex. Gracie stqarret li qatt ma ħassitha ħatja għall-mewt t’oħta hekk kif ma kienitx deċiżjoni tagħha, kultant iżda stqarret li tħossha imdejqa li oħtha mhux tgħix ħajjitha magħha u spiss titloba tgħinha speċjalment waqt xi eżami.

    La tikber qalet bi tbissima tixtieq issir tabiba biex tkun tista tgħin lin-nies bħal mat-tobba għinu lilha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0