Euro 2016 – Faċli għan-Norveġja kontra Malta

  • Ott 10, 2014 23:43
  • Miktub minn

    Malta ………. 0

    Norveġja ……3

    Malta sofriet it-tieni telfa minn daqstant logħbiet fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2016 meta ospitat lin-Norveġja u sfat megħluba bl-iskor ta’ 3-0 ... f’wirja diżappuntanti.

    Fl-ewwel minuti, it-team Malti deher dixxiplinat tattikament u pprova jamminstra logħba. Iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin, kienu n-Norveġiżi li ppressaw biex jiftħu l-iskor.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mit-team Nor­veġiż meta fit-tielet minuta Joshua King daħal fil-kaxxa ż-żgħira u fajjar xutt mill-viċin, li spiċċa salvat parzjalment mill-goalkeeper Malti Andrew Hogg.

    Fis-seba’ minuta cross-shot minn Mats Moller Daehli, Andrei Agius ipprova jikklerja bir-ras u l-ballun spiċċa f’idejn il-goalkeeper Andrew Hogg.

    L-ewwel azzjoni mit-team Malti waslet, fil-15-il minuta, meta Roderick Briffa qassam fuq il-linja lejn André Schembri li xeħet cross lejn Clayton Failla li spara għoli.

    In-Norveġiżi fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn kontrattakk veloċi, Joshua King żmarka lil MATS MOLLER DAEHLI li minn pożizzjoni angolata b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka bil-ballun jgħaddi minn bejn saqajn il-goalkeeper Malti.

    Appena għaddew tliet mi­nuti, in-Norveġiżi rdoppjaw meta JOSHUA KING iddribilja lil Zach Muscat u b’xutt djagonali xeħet fix-xibka.

    Man-nofs siegħa logħob minn azzjoni veloci, Tarik Elyounoussi minn pożizzjoni ċentrali tefa’ l-ballun fix-xibka iżda fuq senjalazzjoni tal-assistent referee, il-goal ġie mħassar għal offside ine­żistenti.

    Fil-41 minuta, Michael Mif­sud minn tarf il-kaxxa kkontrolla tajjeb u fajjar xutt li kien ċentrali u ġie milqugħ mill-goalkeeper Norveġiż, Orjan Haskjold Nyland.

    L-andament fit-tieni taq­sima kompla fuq l-istess rit­­mu ta’ dik preċedenti, bin-Norveġiżi jgawdu mill-pussess tal-ballun u jiddettaw għal ħinijiet twal.

    In-Norveġiżi aċċertaw mit-tliet punti, erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taq­sima, meta minn cross ta’ Mats Moller Daehli, għola tajjeb JOSHUA KING u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Andrew Hogg.

    L-avversarji komplew jinsistu u fil-55 minuta Omar Elabdellaoui daħal fil-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra. Fit-63 minuta ix-xutt in­sidjuż ta’ Mats Moller Daehli, minn ġewwa l-kaxxa, spiċċa imblokkat mill-goalkeeper Mal­ti.

    Fit-72 minuta, cross-shot ta’ Bjorn Kristensen, minn fuq il-lemin, sab lill-goalkeeper Norveġiż attent.

    B’dan il-vantaġġ komdu, in-Norveġiżi komplew jam­minstraw sas-suffara finali mingħajr wisq tbatija.

    Wara din it-telfa, issa l-coach Pietro Ghedin irid jagħraf kif se jgħolli l-moral tal-players u jimmotivahom għall-konfront kontra l-Italja, nhar it-Tnejn li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Ott 11, 2014

    disastru ma disastru lanqas haqq inhallu coach barrani jerda flusna,, la fil football ahna tigieg m hemmx x taghmel u nippreferi ikollna kowc malti halli tkun kompluta il-froga,,, lanqas haq kemm il programm jezisti fuq football,, ghalija hela

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2014

    Ghal darb'ohra l-MFA regghet halliet lil dak iz-zatat ikanta l-innu tat-team barrani biex jurina kemm hu bravu! Jien ghall-ewwel hsibt li kien xi student Norvegiz li forsi gie hawn biex jitgha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 12, 2014

    @Gandoflu, Naqbel mieghek 100%. L-MFA seghtet ghazlet recording ta' l-innijiet nazzj

    Irrispondi