Malta v Norveġja – Ghedin se jilgħab bl-istess formazzjoni ta’ kontra l-Kroazja

  • Ott 09, 2014 20:58
  • Miktub minn Chris Attard

    L-ewwel ħdax li lagħbu fit-telfa ta’ 2-0 kontra l-Kroazja, bl-eċċezzjoni ta’ Steve Borg li jinsab sospiż, mistennija jiġu kkonfermati għal-logħba kontra n-Norveġja minn Grupp H, fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2016.

    Dan qalu l-coach tat-team nazzjonali Malti, Pietro Ghedin, waqt konferenza stampa li saret, fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, f’Ta’ Qali.

    Il-konferenza stampa ġiet indirizzata mill-coach tat-team nazzjonali Pietro Ghedin, il-goalkeeper Andrew Hogg u l-midfielder Bjorn Kristensen.

    Il-goalkeeper Andrew Hogg li bħalissa qed jilgħab mat-team Grieg, Kalloni, qal li t-team Malti kontra l-Kroazja lagħab ferm tajjeb, fejn wera dixxiplina tattika.

    “Aħna team li kapaċi nġiegħlu l-avversarji tagħna jħossuhom skomdi jilagħbu kontrina.”

    Rigward il-logħba kontra n-Norveġja, Hogg qal li l-ebda avversarju ma hu faċli f’dan l-istadju:

    “It-team Norveġiż huwa wieħed b’saħħtu u rridu nagħtu l-aħjar tagħna kontra kull team sew jekk huwa n-Norveġja u sew jekk ikun avversarju ieħor.”

    Il-midfielder ta’ Hibernians Bjorn Kristensen tenna li huwa midħla tal-players tat-team nazzjonali sa minn etá zgħira u qal li qed jistinka biex jilgħab fit-team nazzjonali. Kristensen qal li “qed nispera u nittama li nkunu sfida denja kemm kontra n-Norveġja kif ukoll kontra l-Italja.”

    Il-coach Pietro Ghedin sostna li fl-aħħar żewġ logħbiet, it-team nazzjonali Malti lagħab tajjeb ħafna, fejn bidel l-istil tal-logħob, skond l-avversarji tagħna.

    “In-Norveġja huwa team b’saħħtu u diffiċli. B’hekk irridu nilagħbu kif għamilna fl-aħħar żewġ logħbiet”.

    Ghedin wera l-fiduċja tie­għu fil-players Maltin li jagħ­tu wirja pożittiva kontra n-Norveġja.

    Meta mistoqsi dwar il-kundizzjoni fiżika tal-players Maltin, Ghedin qal li l-pla­yers kollha għad-disposizzjoni tie­għu jinsabu f’kundizzjoni tajba u b’hekk huwa mistenni li jilgħab bl-aqwa ħdax-il player f’kull pożizzjoni.

    “Ninsab kuntent ferm bil-grupp ta’ players li għandi u beħsiebni nagħżel l-aqwa players fil-ground.” Il-players Maltin jinsabu kunfidenti li jistgħu jagħu wirja tajba kontra n-Norveġja.

    Fl-analiżi tiegħu fuq it-team n-Norveġiż, Ghedin qal li dawn għandhom players ta’ teknika u ħeffa kbira, fejn dawn taw wirja ferm tajba kontra l-Italja fl-aħħar partita tagħhom.

    Pietro Ghedin tenna li t-team Malti ma jistax ikun sta­tiku kontra dawn it-tip ta’ avversarji minħabba li tista’ tiswielna qares. It-team Malti irid jagħti kollox f’din il-logħba.

    Meta mistoqsi dwar il-konfront li jmiss kontra l-Italja, l-coach nazzjonali qal:

    “Il-players Maltin jinsabu kunfidenti għal-logħba kontra n-Norveġja, fejn it-team jinsab konċentrat fuq din il-logħba.

    “Nikkonċentraw fuq il-logħ­ba tal-Italja wara li tgħad­di il-logħba tan-Norveġja.”

    Ritratt: Joe Borg

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook