Il-Furjana tiftaħ għall-pubbliku l-“ġenna ta' ġonna” li għandha

  • Ott 09, 2014 15:34
  • Miktub minn

    Il-Furjana, li għandha l-akbar numru ta' ġonna pubbliċi fil-konfini tagħha, se tiftaħ dawn il-ġonna kollha għall-pubbliku, flimkien ma' mużewijiet, binjiet storiċi u postijiet ta' interess, tul il-jum tal-Ħadd 19 ta' Ottubru, fl-attività msejħa “Ġenna ta’ Ġonna… u Ħafna Aktar!”

    F’ħafna minn dawn il-postijiet ser ikun hemm gwidi biex jispjegaw il-valur storiku tal-post lill-viżitaturi. Se jkun hemm ukoll ferrovija żgħira li tieħu lill-membri tal-pubbliku għal dawra mas-siti storiċi u l-ġonna tal-Furjana.

    Fost l-attrazzjonijiet ser ikun hemm manuskritti antiki fil-Kunvent tal-Kapuċċini, ċans li wieħed jitla' fuq il-kampnar tal-Knisja ta’ San Publju, il-ġonna ‘sigrieti’ ġos-swar, l-istazzjon sotteranju tal-ferrovija, il-kollezzjoni ta’ pitturi ta’ Edward Caruana Dingli tal-lukanda Phoenicia, opportunità li wieħed jara waħda mill-fosos tal-qamħ, aċċess għas-sala tal-operazzjonijiet tal-emerġenza tat-Tieni Gwerra Dinjija, ir-restawr tal-kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, u ċ-ċans li wieħed jitla' fuq il-parapett ta’ wara ta’ Bieb il-Bombi.

    Il-kunsill lokali tal-Furjana qal li permezz ta’ attivitajiet bħal dawn irid ineħħi l-perċezzjoni ħażina li l-Furjana hija biss Triq Sant' Anna u l-Fosos.

    Għal iktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja l-kunsill lokali tal-Furjana fuq 2123 5523 jew 79936693; email fuq floriana.lc@gov.mt; jew is-sit elettroniku www.florianalocalcouncil.com.

    Żur ukoll il-pagna tal-attività fuq Facebook: https://www.facebook.com/pages/Floriana-Local-Council/178895065739

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook