Robert Musumeci u Simone Cini minflok Joe Grima

  • Set 18, 2012 11:27
  • Miktub minn

    inewsmalta.com jista’ jiżvela li l-eks Sindku u eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Robert Musumeci, se jkun wieħed miż-żewġ preżentaturi tal-programm ta’ nhar ta’ Tnejn filgħaxija fuq ONE Television. Jirriżulta li miegħu fit-tmexxija ta’ dan il-programm se jkun hemm il-ġurnalista ta’ esperjenza Simon Cini. Dan seħħ wara li fl-aħħar ġimgħat irriżenja mit-tmexxija ta’ dan il-programm, Joe Grima.

    Ikkuntatjat minn inewsmalta.com, il-Perit Robert Musumeci kkonferma l-aħbar. Qal li hu kien qiegħed jaċċetta “din l-opportunit” filwaqt li ta idea ta’ x’wieħed jistenna mill-programm. “Il-programm mhux intiż li jiġri wara l-istorja, iżda huwa intiż li jiġri wara s-sustanza politika. Jiena m’iniex ġurnalist, iżda nemmen li permezz tal-midja tista’ tinfluwenza l-kwadru politiku,” qal Musumeci.

    Jingħad li fil-passat Musumeci kien diġ offrut programm ta’ analiżi politika fuq l-istess stazzjon. Il-Perit Musumeci kien elett Sindku għal tliet darbiet fis-Siġġiewi, fejn f’isem il-Partit Nazzjonalsita dejjem kiseb ammont sostanzjali ta’ voti. Minkejja dan fl-aħħar xhur iddikjara li huwa kien informa lid-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista li ma kienx se jibqa’ kandidat, la għall-kunsill u lanqas għall-elezzjoni ġenerali. Għal dan hu qatt ma ta raġuni uffiċjali.

    Musumeci huwa magħruf ukoll għall-pożizzjonijiet liberali tiegħu filwaqt li kontinwament jitkellem kontra kampanji negattivi u attakki personali.

    Għal xi żmien anke Musumeci nnifsu spiċċa fil-mira ta’ ċertu attakki, fejn fost oħrajn kien suġġett ewlieni fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia għal diversi xhur.

    Minkejja dan, b’mod konsistenti, Musumeci jibqa’ jagħti x’jifhem lill-pubbliku li m’hemmx differenza bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista. Fil-PN hemm min jemmen li ċerti attakki fuq Musumeci kienu maħsuba biex hu jwarrab bil-kwiet u b’hekk tinfetaħ it-triq biex Karol Aquilina, magħruf kemm hu qrib ta’ Richard Cachia Caruana u Gordon Pisani, isir Sindku tas-Siġġiewi.

    Ma kienx l-ewwel darba li fil-pubbliku, Aquilina u Musumeci ħadu pożizzjonijiet kuntrastanti. Fosthom kien hemm il-pożizzjoni li Musumeci kien ħa fil-kwistjoni tal-każin Laburista tas-Siġġiewi. Għall-mistoqsija ovvja dwar x’pożizzjoni se jkun qiegħed jieħu f’dan il-programm huwa wieġeb li: “dan il-programm għandu jservi biex jesponi l-aspetattivi attwali tas-soċjet u kif il-politiċi se jwieġbu għal dan fil-leġislatura li jmiss tenut kont tar-realtajiet li jiċċirkondaw lill-pajjiżna.”

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 34

  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Skuzi Partit Laburista imma ma nemminx li dan postu fuq il-programmi ta'One Productions.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Qeghdin sew! Prezentatrici (Claudette Pace), tispicca kandidat mal-PN - u kandidat mal-PN jispicca prezentatur fuq l-istazzjon Laburista.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Hbieb antiki tieghu l-Perit Musumeci u Simone Cini. Nixtieq nghid lil Perit "welcome on board" izda ma nahsibx li jkun kumment f'

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Jien ma nafx perosnalment lill-perit. Imma dejjem ammirajtu ghax bilancjat.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    nemmen li se jkun programm interessanti hafna il perit kont insegwih fuq stazjon iehor u dejjem qal dak li jhos tajjeb u hazin awguri lilu u lill simone

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Mhux f’postu ghaliex, Smith! Lanqas li kieku kien xi Eileen Montesin “nazzjonalista”.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Prosit. Nemmen li l-ghazla tal-prezentaturi li gejjin minn sfond politiku differenti, toffri livell gdid ta' xandir li tant neqsin minnu f'dan il-pajjiz.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Fl-ahhar se nergghu naraw lil Simone Cini, lura lejn it-tip ta' programmi li tant hi tajba fihom. Minghajr ma nnehhi mill-merti tal-programmi edukattivi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Robert Musumeci, qa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Mhux ahjar thallu lil Robert jibda qabel tibdew tikkritikaw. Cert li Agent Smith mhux hlief nazzi jipprova jxewwex. The proof of the pudding..... Merhba ukoll lil Simon nisperraw it-tnejn ikunu niggieza u johorgu l-verita minn min ikollhom quddiemhom.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Jigifieri Simone Cini ser tibda tigri wara Gonzi u ssalbu? emm sorry tistaqsih id-domandi? Povru ragel mhux bizzejjed ghandu problemi?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    @Platun qabel tpeclaq u tghajjarni Nazzi missek taqra il-kummenti tieghi halli tinduna kemm qieghed tparla fil-vojt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    @ Chris Fenech - miskin veru. Tiftaruh lil Eddie Fenech Adami, kien kwazi jpi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Hadt gost nisma b dan il programm gdid li se jittella fuq One. Jien nahseb li se jkun programm tajjeb .nistennew u naraw. Il prezentauri huma it tnejn tajbin u ta esperjenza.Ghalekk kif jghid Joseph ,IL Moviment tal Progressivi u Moderati

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Fil waqt li nirringrazja u insellem lis-s

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Agent , lill-perit inzertajt nafu u ghalkemm ghandu l-fehmiet tieghu qatt ma wegga' lill-hadd. Anzi nahseb pjuttost bil-kontra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    @ flying saucer UUUUUU zggggguurrrrrrr ! Kien jibjad x'hin jaraha !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Perit, kemm hadt gost. D

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Inhossni kkonfodut hafna. X'inhu jigri?? Ghaliex kull oppurtunita li qed ikun hemm fuq one hafna drabi qed jiwhduwa nies li niftakruwom bi twemmin nazzjonalista? Insemmi lill john

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Filwaqt li għandi kull rispett lejn il-perit Musumeci, naħseb li INKONTRI mhux ħobż għal snienu. Il-Perit għandhu politika differenti minn dik ta'Simone u allura flimkien ma jreġux. Fuq kollox nista nkun żbaljat.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Programm hekk sabih b'nies bi hsibijiet differenti. Prosit.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Right decision minghajr ebda dubju.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Nifhem

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Min kien wara din id-decizjoni jara fil-boghod. Prosit. Il-kredibilita tinkiseb b'nies kredibbli. Simone eccellenti u l-perit eccellenti wkoll. Ma niddejjaqx li nigu challenged fuq l-istazzjon taghna. Nahseb propju li hekk hemm bzonn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    @Binoculars Ezatt ilqattu l-musmar sieħbi!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Jekk irridu li nkunu kredibbli man-nies hemm barra jehtieg li jkollna nies kredibbli. Dawn it-tnejn inzertaw intelligenti anke jekk mhux se jaqblu. Jien ma niddejjaqx b' Musumeci ghax ghall-inqas ma jafx x'inhi hdura

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    I just came across the link on facebook. I know Robert. I don't know Simone personally although I have an idea of her at University. Good luck to you both. Finally, a breath of fresh air.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Nawgura lil-Perit Musumeci u Simon Cini li jkollhom programBhal ma kien ikollu Joe Grima

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Jien mis- Siggiewi. Kien jaf li ahna familja Laburisti imma dejjem gid rajna minnu. Lill- perit nibqghu nirrispetatwh jagheml x' jaghmel.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 19, 2012

    Sewwa kien qal darba Dr. Joseph Muscat....li "aktar il- quddiem ser taraw ucuh li forsi tistghu tinhasdu meta tarawhom. Attenti hbieb. Tghagglux taghmlu kummenti bl'addocc..........ghax tistghu taghmlu hafna hsara. L-ebda elezzjoni ma tintrebah

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 21, 2012

    din l-ahbar hasditni bil- kbir. Qatt ma kont nistenna li l- perit jaghmel programm fuq il- one. Jien dejjem habbejtu meta kien sindku taghna avolja kien johrog man- Nazzjonalisti. Ghalina unur kbir.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 21, 2012

    Kuncett interessanti. Programm Ghandu jkun tajjeb. Cini tajba u musumeci ikollu pariri magistrali!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 23, 2012

    AWGURI GHALIKHOM DIGA QED NIMAGINA LI HA JKUN SUCESSU

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 24, 2012

    Prosit ta' din l-ideja meravjuza. Combination tal-genn

    Irrispondi

It-Temp

PARTLY CLOUDY NIGHT
21℃
25/08/2016 10:16

  •  

Facebook