Pierre J. Mejlak jirbaħ il-Premju tal-UE għal-Letteratura

  • Ott 08, 2014 11:21
  • Miktub minn

    L-awtur Għawdxi Pierre J. Mejlak rebaħ il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura għal din is-sena, bil-ġabra ta' novelli tiegħu bl-isem “Dak li l-Lejl iħallik tgħid”.

    Dan tħabbar dalgħodu fil-fiera tal-ktieb ta' Frankfurt mill-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni u l-Kultura, Androulla Vassiliou.

    Din hija t-tieni darba li kittieb Malti rebaħ dan il-premju, wara li Immanuel Mifsud rebħu fl-2011 bil-ktieb tiegħu “Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben),”.

    Pierre J. Mejlak huwa magħruf sew għall-ħiliet letterarji tiegħu, fosthom permezz tal-ktieb “Qed Nistenniek Nieżla max-Xita”, li wkoll huwa ġabra ta' novelli.

    Din is-sena l-awturi li kienu kkunsidrati għall-premju kienu ġejjin minn 13-il pajjiż. Vassiliou qalet li dan il-premju jiċċelebra l-aqwa talenti ġodda fil-qasam letterarju Ewropew u jgħin lill-pubbliku biex jiskopri awturi minn pajjiżi differenti.

    Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn awgura lil Mejlak għar-rebħ ta' dan il-premju. Il-PN qal li huwa ta' sodisfazzjon li kittieb Malti, għat-tieni darba, jirbaħ dan l-ogħla unur fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-letteratura.

    L-aħbar tal-llum hija konferma oħra ta' kemm il-poplu Malti għandu talent kbir, tant li kapaċi jkun l-aħjar fost ċittadini oħra Ewropej, qal il-Partit Nazzjonalista.

    Il-Partit Laburista wkoll wassal l-awgurju tiegħu lil Pierre. J Mejlak permezz ta' stqarrija li ħareġ. Il-PL qal li mingħajr l-iċken dubju dan il-premju mhuwiex biss ta’ unur personali għall-awtur Pierre Mejlak, iżda huwa unur li jkompli jgħolli isem pajjiżna u jkompli jikkonferma kemm il-poplu Malti u Għawdxi minkejja ċ-ċokon tiegħu għandu talent.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0