Żewġ miljun ‘pre-order’ għall-iPhone 5

  • Set 17, 2012 17:10
  • Miktub minn
"

    Illum il-kumpanija Apple ħabbret li rċeviet aktar minn żewġ miljun ‘pre-order’ fl-ewwel 24 siegħa. Dan huwa d-doppju tal-miljun ‘pre-order’ għall-iPhone 4S. Din mhix sorpriża. Apparentement il-konsumaturi ma qatgħux qalbhom milli jixtru dan il-mowbajl, minkejja li ħafna stqarrew li għandu tibdiliet minimi.

    Minħabba din iċ-ċifra ta’ ‘pre-orders’, Michael Walkley, analist teknoloġiku minn Canaccord Genuity, bassar li madwar għaxar miljun iPhone 5 se jinbigħu sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

    Entużjasti tal-Apple diġà bdew jissieħbu flimkien quddiem il-ħażna tal-Apple fi New York f’Fifth Avenue, b’ħafna minnhom ilhom hemmhekk mill-Ġimgħa li għaddiet. Minkejja li ħafna ordnijiet se jibdew jitqassmu lin-nies fil-21 ta’ Settembru, ħafna oħrajn se jitqassmu f’Ottubru li ġej.

    Skont Philip Schiller, il-kap tal-Marketing tal-Apple, ir-rispons mill-konsumaturi għall-iPhone 5 kien fenomenali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0