Aġġornat (2), : Busuttill u Casa bit-tieni distrett “miftuħ sal-aħħar”... Reazzjoni Franco

  • Set 17, 2012 15:42
  • Miktub minn

    Ftit sigħat qabel ikollhom il-kandidatura tagħhom approvata mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u David Casa għad ma jafux liema se jkun it-tieni distrett elettorali li fuqu se jikkontestaw.

    Kif irrapportat ilbieraħ, inewsmalta.com għandu tagħrif ta’ min jorbot fuqu li d-distrett ewlieni ta’ Simon Busuttil se jkun il-ħdax filwaqt li dak ta’ David Casa se jkun il-ħames, id-distrett ta’ Franco Debono.

    Fl-istess ħin it-tieni distrett ta’ Busuttil u Casa “se jibqa’ miftuħ sal-aħħar.” Dan ikkonfermah sors fil-PN. “F’każi bħal dawn bilfors hekk jiġri. Ikollhom distrett ewlieni li minn fuqu jkunu jridu jiġu eletti u distrett ieħor fejn ikollu bżonn il-partit. Tinsiex li dawn MEPs… għandhom anke r-riżorsi biex jaħdmu kampanja tajba,” qalu magħna dawn is-sorsi li kkonfermaw li llejla dawn se jkunu approvati kandidati.

    Ftit sigħat qabel din il-laqgħa tal-eżekuttiv intqal lil inewsmalta.com li għadha miftuħa wkoll il-kandidatura ta' Herman Schiavone. Jidher li fil-PN hemm min jemmen li Franco Debono ma jasalx iwaqqa' gvern u għalhekk m'għandux jittieħed ir-riskju li Franco Debono jkun urtat iktar bl-approvazzjoni ta' wieħed mir-rivali tiegħu. Għalkemm oħrajn qegħdin isostnu li dan kollu huwa ħela ta' ħin u l-kandidatura ta' Schiavone għandha tkun deċiża fuq il-mertu tagħha.

    Aġġornat, 16.23: Reazzjoni Franco Debono

    F'reazzjoni ovvja, Franco Debono kiteb: "Lawrence Gonzi għadu ma ndunax li m’għandux idea ta' timing. It-timing tiegħi dejjem kien aqwa minn tiegħu. Meta għamel min kollox biex ma nigix elett, skappajtlu. Meta prova jifgali l-ideat tiegħi ippreżentajthom fil-parlament. Miegħi dejjem tilef! Issa se jipprova juża xi kandidati ġodda biex mingħalih iniggeż biex iġiegħlni nagħmel xi ħaġa meta jrid hu! Imma jaħasra meta se jikber dan ir-raġel! Gonzi, dik ix-xi ħaġa se nagħmilha meta rrid u meta jidhirli jien! Grow up! Qed jippanikja because I am keeping him guessing! F’kull ma' għamel kellu timing ħażin u għalhekk għaffeġ. U se jkompli jgħaffeġ!"

    Aġġornat, 18.55: L-eżekuttiv tal-PN approva wkoll il-kandidatura tal-kantanta Claudette Pace, il-Presidenti tal-Kumitat Eżekuttiv Marthese Portelli, Joanna Agius u l-Perit Anthony Bezzina.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 17

  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Fuq ir-record ta'David Casa, ma tantx ghandna ghalfejn insaqsu, bizzejjed wiehed jara il-mistoqsija li ghamel lill-Kummisarju Ewrop

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Veru li l-PN qed idur għal-subajgh bħal qarnit. Issa daru fuq David R.U.Casa. Tgħid qed iħajruh joħroġ għal elezzjoni ġenerali biex iwarrbuh minn Parlament Ewropew. Qatt ma sewa għal xejn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    X'bahar jaqsam bejn David Casa u Franco Debono. David xempju ta' serjetà. Nilqghuk fil-hames distrett. M'hemmx dubju l-ghazla ewlenija.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    David Casa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    David Casa fuq il-Hames Distrett? Dan min jafu? Meta f'karriera politika qatt ma resaq lejn id-distrett taghna? Ara jithajjarx ihabbatli l-bieb!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    David Casa jipprova jimla l-hofra li halla l-PN wara li kkundanna lil Franco Debono? U halluna! Jien mill-Hames Distrett u m'ghandux fuc**** cans li jiehu l-vot tieghi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Ahna lil Franco rridu. U jekk Franco Debono mhux se jkun fil-lista tal-PN, m'ghandhomx cans li nivvota. Nimpustalkom il-vot tieghi - jien ragel.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Wara l-ahhar dikjarazzjoni

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    S'issa mill-kandidati prospet

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Dan x'ritratt gibtu fuq l- inewsmalta. Xi kruha ta' ritratt kif qtajtuli l-aptit. Jien x'jippurtani fejn ser johrog David Casa je

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Mhux se nidhol fil-mertu tal-manuvri li qed jaghmel Gonzi PN biex jeqred lid-deputat nazz

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    ooooooooa kemm jaf fejn qieghed il hames distrett David Casa. Jekk jigu jhabbtuli ma niftahx. Kif ma jisthux. Il vot tieghi ghal gol gwarnica.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Bir-rispett kollu,issa Claudette Pace,ghanda tieqaf milli tkompli tipprezenta l-programmi fuq ix-xandir ta l-istat,mhux hekk...hekk imorru l-affarijiet kif-suppost.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Dawn huma kollha kisbiet ghall-Partit Nazzjonalista. Prosit Lawrence Gonzi. Il-kandidatura taghna tibqa' ssir iktar b'sahhitha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Is-slogan ta Gonzipn minn "Flimkien kollox possibli" ghal "Gonzi can do Miracles" viva Claudette Pace !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2012

    Skuzani sur-editur ghax - qabzitli...... L-programm " Sellili " ser ibiddel ismu ghal "Ivvutali".

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 20, 2012

    Issa se nghabbu bil-kandidatti tal-pepe fuq il 5 distrett. Ghax ma jmurx johrog fuq pajjizu.

    Irrispondi