Imniedi l-istaġun tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali

  • Set 30, 2014 13:35
  • Miktub minn

    Nhar il-Ġimgħa se jiftaħ l-istaġun tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali b'kunċert fit-Teatru Manoel. Dan il-kunċert se jiftaħ ukoll l-istaġun tat-Teatru Manoel.

    Iċ-ċermen Mro Sigmund Mifsud qal li l-orkestra qiegħda tattira l-interess ta' ħafna entitajiet mis-settur privat li jixtiequ jaħdmu u jużaw is-servizz tagħha. L-orkestra qed taħdem fuq proġett dwar Ħaġar Qim, prodott tajjeb ħafna għall-esportazzjoni. Qed taħseb ukoll biex taħdem fuq forom ta' arti differenti, mhux biss dik mużikali.

    “L-orkestra hija xempju għall-pubbliku tas-suċċess li jista' jintlaħaq bil-mużika bħala professjoni,” qal Mro Mifsud.

    Id-Direttur Artistiku Mro Brian Schembri spjega kif l-orkestra biex tibqa' tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha qiegħda tuża sistemi differenti minn dawk tradizzjonali, bħal dik tal-audition panels. Għall-ewwel darba l-leaders tas-sezzjonijiet diversi fi ħdan l-orkestra qegħdin jipparteċipaw fl-għażla tal-mużiċisti ġodda. B'hekk prattikament dawn jagħżlu lill-futuri kollegi tagħhom. Dan ghandu jirrendi livell aħjar.

    Barra minn hekk, se jkunu qegħdin jiżdiedu l-kunċerti għall-mużika sinfonika. Dan biex jinżamm il-livell għoli li maż-żmien irnexxielha tilħaq l-orkestra ta' Malta, mingħajr ma tkun kostretta tikkonċedi fil-livell artistiku tagħha biex tattira l-appoġġ tal-privat.

    Mro Schembri rrefera għal ġenerazzjoni ta' kompożituri Maltin li tielgħa, li qal li hija ta' livell eċċellenti iżda li kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet finanzjarji jillimitawlha l-opportunitajiet. L-orkestra ta' Malta, qal Mro Schembri, se tkun qed timpenja ruħha biex tagħti aktar ċans ħalli dawn ix-xogħlijiet jieħdu l-ħajja, ċans li s'issa għadu remot.

    Aktar ma jsiru kunċerti u attivitajiet, se jitkattru l-opportunitajiet mhux biss għall-mużicisti imma anke għal solisti u kompożituri.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kunsilli Lokali u Kultura, Owen Bonnici, iddeskriva lill-Orkestra Nazzjonali bħala waħda mill-pilastri tal-arti Maltija.

    Qal li jemmen li l-persuni artistiċi jridu jitħallew jaħdmu indipendentament mill-gvern tal-ġurnata biex l-identità kulturali ta' poplu jkunu qed joħolquha huma u ma tkunx influwenzata mod ieħor. Kien għal dan il-għan li nħolqu l-karigi ta' diretturi artistiċi fl-entitajiet kulturali. Dan filwaqt li l-gvern jibqa' jappoġġja x-xogħol li jagħmlu dawn l-entitajiet.

    L-Orkestra Nazzjonali f'dan l-istaġun se tagħmel ukoll żjarat barra minn Malta, fosthom għall-ewwel darba żjara fl-Asja li matulha se tagħti tmien kunċerti fiċ-Ċina, fit-teatri ewlenin ta' Shanghai.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0