Deal Today    Home Finder    myCard    



“Għax Hekk!” Ir-‘Rally’ tas-Satira

  • Set 17, 2012 14:34
  • Miktub minn

    It-tielet edizzjoni ta’ “Għax Hekk!” Ir-‘Rally’ tas-Satira reġgħet magħna!

    Alex Saliba, f’isem l-organizzaturi saħaq li din se tkun “lejla teatrali b’differenza, mimlija satira u b’laqtiet politiċi mill-aktar umoristiċi u divertenti. Wara s-suċċessi tal-ewwel żewġ edizzjonijiet, “Għax Hekk!” iġedded l-appuntament tiegħu fl-2012 b’‘show’, skript u battuti ġodda, ‘sketches’ innovattivi u l-aqwa artisti komiċi Maltin”.

    “Għax Hekk!” iġib flimkien uħud mill-aqwa talenti lokali fil-qasam tal-palk umoristiku Malti li matul dawn l-aħħar sentejn ġibed lejh udjenza ta’ aktar minn 5,500 persuna. “F’“Ir-‘Rally’ tas-Satira 2012” se jieħdu sehem uħud mill-aqwa atturi komiċi Maltin, fosthom: Chrysander Agius (taz-Zoo),, Joe Demicoli, Ian Fenech (Axl ta’ Londri),, Dominic Aquilina, Mary Rose Mallia, Veronica Farrugia u Joe Farrugia “d-Dulli”, flimkien ma’ Tiziana Calleja. Atturi li żgur ma jeħtieġu ebda introduzzjoni fix-xena tal-umoriżmu lokali,” saħaq l-istess Alex Saliba.

    “Għax Hekk!” hija kitba u direzzjoni ta’ Chrysander Agius u se tittella’ fit-Teatru Grieg, Ta’ Qali, nhar il-Ġimgħa, 21 u s-Sibt, 22 ta’ Settembru, 2012 fid-9.00 p.m.

    Biljetti għall-bejgħ miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Ħamrun; Kumpless ONE, il-Marsa u direttament min fuq is-sit www.biljetti.com u mill-ħwienet ta’ biljetti.com.

    "Bid-differenza tas-snin mgħoddijin, din is-sena l-biljetti huma limitati għal żewġ serati biss! Tħallix għall-aħħar biex ma tibqax diżappuntat," temm jgħid Saliba.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0