Tħassib dwar kif jiddaħħlu l-ħaddiema mal-gvern

  • Lul 10, 2012 11:37
  • Miktub minn Victor Vella

    Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, fir-rapport annwali tagħha, esprimiet tħassib dwar ix-xejriet ġodda tal-mod kif fis-settur pubbliku jkunu impjegati ħaddiema ta' fiduċja bla sejħa. Jidher li din il-prattika issa qed tinfirex u qed tkun estiża għal karigi amministrattivi, karigi maniġerjali u karigi tekniċi.

    Filwaqt li esprimiet dubji kemm din il-prattika hi legali, il-kummissjoni enfasizzat li għandu jkun hemm mekkaniżmi biex tiżgura li ħatriet fuq bażi ta' fiduċja jkunu legali u ma jintużawx biex iwarrbu jew jaqbżu l-prinċipju ta' ħatriet mogħtijin abbażi tal-mertu.

    Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku qalet li ltaqgħet ma diversi każi ta' individwi li ingħataw ħatriet mal-Gvern fuq bażi ta' fiduċja. Fost il-karigi kien hemm għal servizzi f'segretarjati ta' ministeri fosthom staff domestiku fir-residenza tal-Prim Ministru fil-Palazz tal-Girgenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    fejn hi l-meritokrazija? u dan mal-Gvern fejn suppost jinghata ezempju

    Irrispondi