Pjan biex it-Teatru Manoel ikollu l-arja kkundizzjonata

  • Set 26, 2014 16:39
  • Miktub minn

    Huwa ppjanat li sas-sena 2017 it-Teatru Manoel ikollu l-arja kkundizzjonata – proġett li hu stmat li se jiswa miljun ewro u li hu ttamat li jkun sostnut b'fondi mill-Unjoni Ewropea.

    F'konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsinhar li fiha tħabbar il-programm tat-Teatru Manoel għall-istaġun li ġej, iċ-Chairman tat-Teatru Manoel, Michael Grech, qal li fl-aħħar xhur komplew ix-xogħlijiet ta' restawr fit-teatru u fuq il-faċċata tiegħu. Ix-xogħlijiet li jmiss se jsiru wara l-kwinti u fid-dressing rooms.

    Ray Attard, Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, qal li l-udjenzi tat-teatru żdiedu bi 18% tul l-istaġun li għadda. Fost l-akbar suċċessi kien hemm il-Festival Barokk. Fl-ewwel edizzjoni tiegħu, dan il-festival ġibed 6000 ruħ, inklużi 500 barrani. Fit-tieni edizzjoni kellu udjenza ta' 7000 ruħ, inklużi 800 barrani. Għall-edizzjoni ta' Jannar li ġej diġà nbiegħu 3000 biljett. Mistennija jerġgħu jattendu bosta barranin, tant li l-lukandi tal-Belt huma fully booked, qal Ray Attard.

    Kenneth Zammit Tabona, id-Direttur Artistiku tat-teatru, elenka l-produzzjonijiet ippjanati għall-istaġun li jmiss. Dawn jinkludu d-dramm “Il-Kuluri tal-Perlini” ta' Ġużè Chetcuti, kunċerti mill-Orkestra Filarmonika, Il-Kantilena akkumpanjata b'mużika u korjografija, kif ukoll kunċerti ta' mużika Naplitana.

    It-Teatru Manoel jiftaħ uffiċjalment l-istaġun 2014-2015 b'kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru. Il-kunċert, li huwa produzzjoni konġunta bejn it-teatru u l-orkestra, se jitmexxa minn Brian Schembri bil-parteċipazzjoni tal-vjolinist rinomat Charlie Siem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook