U d-Dinja Tkompli Ddur... album ġdid mingħand Mistura

  • Set 25, 2014 09:15
  • Miktub minn

    Il-duo mużikali lokali Mistura ser ikun qiegħed iniedi l-ewwel album tiegħu, bl-isem “U d-Dinja Tkompli Ddur”, fl-10 t’Ottubru fis-7pm fuq Radio 101 waqt il-programm Rockna ppreżentat minn Michael Bugeja.

    L-album, li huwa twil 64 minuta u li fih 16-il diska kollha bil-Malti, huwa rock concept album maqsum f’erba’ partijiet, b’erba’ kanzunetti f’kull parti. Ippakkjat b’kummentarju soċjali jaqta’ speċjalment fejn jidħol l-element lokali, dan l-album jirrifletti fuq il-kunċett tar-repetizzjoni u ċ-ċikli tal-ħajja.

    “Dan l-album huwa l-frott ta' sentejn ta’ kitba, irrekordjar u skambji ta’ ideat, riffs, versi u żmien li fih bgħatna biċċiet ta’ mużika lil xulxin u lura sakemm saru kanzunetti kompluti,” qal Antonio Olivari, li flimkien ma’ Malcolm Bonnici jifforma d-duo Mistura.

    “Meta bdejna bl-ewwel diska – ‘Isma’ Bilfors’ – ma kellna l-ebda idea li ser naslu biex noħolqu biżżejjed materjal għal album. Madankollu, id-dinamika li bnejna fix-xhur ta’ wara, bil-mod ta’ kif it-tnejn li aħna bdejna noħorġu bl-ideat għall-kanzunetti u l-mod kif fl-aħħar mill-aħħar għaqqadna l-aħjar minnhom fi storja waħda, għamel l-album realtà.”

    Mistura huwa duo b’kanzunetti bil-Malti b’mużika li għandha elementi ta’ blues u rock, kemm b’ħoss elettriku u anki akustiku. Mistura ddebutta fl-2012 fil-festival L-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom l-Għanafest, Notte Bianca u Poeżija Plus, u ħarġu numru ta’ kanzunetti li lkoll ser jinsabu f’dan l-album il-ġdid.

    Apparti s-CD innifsu, “U d-Dinja Tkompli Ddur” ser ikun fih ktejjeb bil-lirika kollha tal-kanzunetti għax, skont Malcolm, “Aħna nemmnu li l-kliem għandhom bżonn jiġu enfasizzati bħala parti importanti mill-pakkett. Apparti dan il-qoxra ġiet iddisinjata b’mod brillanti mill-ħabib tagħna l-artist Jean-Claude Vancell, li rnexxielu jifhem l-intensità tal-mużika u joħloq viżwali li jtejbu l-esperjenza sħiħa tal-album.”

    Aktar informazzjoni dwar “U d-Dinja Tkompli d-Dur“ u Mistura fuq misturamalta.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook