Proġett tal-President biex tgħaqqad il-kulturi permezz tal-ambjent

  • Set 24, 2014 13:02
  • Miktub minn
"

    Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca illum neddiet iċ-ċentru tal-president għar-ricerka Etnobotanika fliemkien mal-iskeda t’attivitajiet mħejjija mill-Fondazzjoni President għal ġid tas-soċjeta minn Ottubru sa Dicembru li ġej.

    Il-Fondazzjoni tal-President għal Ġid tas-Soċjeta, ġiet mnedija f’Ġunju li għadda bil-għan li jitħares il-ġid tan-nies li jgħixu fil-gzejjer tagħna. Din l-entita’ hi mmexija minn Dr Anna Vella li tmexxi iċ-ċentru tal-liberta mill-vizzji, Dr Angela Abela li tieħu ħsieb iċ-ċentru tar-ricerka għall-familja, Il-Professur Carmel Borg mill-osservatorji għal għexjien dinjituz u Dr Maureen Cole, li tieħu ħsieb iċ-ċentru nazzjonali għat-tfulija.

    Fil-Palazz ta’ San Antom illum ġie imniedi l-ewwel kalendarju t‘attivitajiet tal-fondazzjoni, li jibdew minn Ottubru li ġej. Dawn l-attivitajiet kienu mħejjija mill-entitajiet u l-fora involuti.

    Dawn l-attivitajiet huma immirati biex issieħbu gruppi magħzula biex jagħtu bidu għal taħdidiet, li jrawmu konsultazzjoni u jidbew il-ħidma prattika tal-fondazzjoni. Il-President saħqet li permezz taċ-ċentru għar-riċerka tal-etnobotanika se jidbdew jiġu mħarsa b’mod speċjali r-relazzjonijiet tal-poplu u ir-rabta tal-ambjenti urban u naturali.

    Fi kliem Coleiro Preca dan huwa mod konkret ta’ kif tiġbor nies minn kulturi u reliġjonijiet differenti permezz tal-aprezamernt tal-ambjent.

    Għal dan il-proġett li se jiddentifika użu posiitiv tal-ambjent naturali tagħna kien hemm ħafna għajnuna u nvolviment ta’ NGO’s, fejn ħafna żagħżagħ esprimew l-interess qawwi tagħhom fl-agrikoltura. Hi kkonkludiet billi saħqet li proġetti bħal dawn kienu ta’ suċċess f’pajjiżi oħra u għalhekk m’għandux għaliex ma’ jirnexxix fi gżejjer żgħar bħal tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    7