Artisti Maltin b'wirja fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Larnaka

  • Lul 10, 2012 11:22
  • Miktub minn

    Sitt artisti minn tliet pajjiżi Mediterranji ħolqu xogħlijiet artistiċi interattivi għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Larnaka, f’Ċipru. L-artisti Maltin huma Vince Briffa u Liliana Fleri Soler. Magħhom qed jesebixxu wkoll Theodoulos Gregoriou u Klitsa Antoniou (minn Ċipru),, u Dimitris Alithinos u Eleni Panouklia (mill-Ġreċja),.

    L-arti ta' Briffa hija merry-go-round li fuqha qal: “hi simili għal sala tat-tluq f’ajruport bħala post ta’ transizzjoni u ta’ bidla. Peress li r-rikba tagħha hi momentarja jew temporanja u ddur permezz ta’ rotazzjoni fuq assi mwaħla, din b’mod simultanju tista’ tixxebbah maż-żmien li joħloq konnessjoni simbolika ma’ vjaġġ u esperjenza bejn in-nies u d-destinazzjonijiet.”

    “I will get there somehow…” (Se nasal hemm b’xi mod….), hu t-titlu tal-installazzjoni artistika ta’ Liliana Fleri Soler. Hi ħadet spunt u ispirazzjoni kemm mill-forma umana u mill-esperjenza. Din l-iskultura interattiva dwar vjaġġi – fejn tasal minn post għal ieħor fiżikament, bil-ħsieb jew inkella sempliċiment fl-ispirtu. L-iskultura turi l-użu ‘alternattiv’ ta’ mezz ta’ transport. Dawn huma l-organiżmi li wisq probabbli fir-realtà m'huma qatt se jieħdu l-forma ta’ trasport iżda ħafna minnhom kienu ta’ ispirazzjoni fl-invenzjonijiet ta’ sistemi ta’ trasport modern. Meta jdawwar il-lieva, il-viżitatur jara kif jistgħu jivvjaġġaw b’mod alternattiv.

    Il-wirja ta’ arti interattiva bl-isem ta’ “From Arrival to Departure” (Mill-Wasla sat-Tluq), qed tkun organizzata miċ-ċentru Kulturali ta’ Laiki Bank bil-kollaborazzjoni ta’ Hermes Airports.

    Din il-wirja hija mtella’ għall-okkazjoni tal-Presidenza Ċipriotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet kulturali organizzati matul dan il-perjodu, il-wirja se tibqa’ miftuħa sa tmiem il-Presidenza ta’ Ċipru tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Diċembru 2012.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0