L-impjiegi żdiedu b'1.2% fit-tieni kwart tal-2014

  • Set 24, 2014 12:24
  • Miktub minn
"

    L-estimi tal-Labour Force Survey jindikaw li matul it-tieni kwart ta' din is-sena, l-impjiegi żdiedu b'1.2% meta mqabbla mat-tieni kwart tas-sena li għaddiet.

    Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-Labour Force Survey, intqal li l-estimi jindikaw li fit-tieni kwart ta' din is-sena, in-numru totali ta' impjiegu kien ta' 176,969, jiġifieri kważi nofs il-popolazzjoni ta' dawk li għandhom età minn 15-il sena 'l fuq. In-numru ta' nies bla xogħol kien ta' 10,924 filwaqt li l-għadd ta' persuni inattivi kien ta' 167,794.

    Ir-rata ta' attività għat-tieni kwart ta' din is-sena hija stmata fil-livell ta' 65.4%. Meta mqabbla mat-tieni kwart tas-sena li għaddiet, ir-rata ta' attività fost l-irġiel naqset b'0.3% filwaqt li r-rata ta' attività fost in-nisa żdiedet b'1.3%. L-ogħla rata ta' attività kienet rekordjata fost nies li għandhom bejn 25 u 54 sena.

    Bħala medja, minn kull mitt persuna ta' bejn 15 u 64 sena, kien hemm 62 li kellhom impjieg. Din ir-rata żdiedet b'1% meta mqabbla mat-tieni kwart tas-sena 2013. L-ogħla rata ta' impjiegi kienet rekordjata fost dawk ta' bejn 25 u 54 sena u kienet f'livell ta' 75.1%.

    Il-persuni li jaħdmu għal rashom kienu jammontaw għal 14% ta' dawk kollha b'impjieg. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn kienu jaħdmu fuq bażi full-time u kienu jammontaw għal 149,111. Hu stmat li 24,127 (13.6%), kellhom xogħol part-time bħala l-impjieg primarju tagħhom. Kien hemm ukoll 3731 persuna li kienu qed jaħdmu fuq bażi full-time iżda b'ħinijiet imnaqqsa.

    Skont l-istqarrija, is-salarju annwali bażiku tal-impjegati fit-tieni kwart ta' din is-sena, bħala medja, kien ta' €16,192. Dan l-ammont jeskludi ħlasijiet extra bħal sahra, bonuses u allowances. L-ogħla salarji kienu fis-settur finanzarju u dak tal-assigurazzjoni.

    Ir-rata tal-qgħad għat-tieni kwart ta' din is-sena kienet ta' 5.8%. L-akbar ammont ta' nies bla xogħol kien fost dawk ta' 25 sena jew aktar. Kważi nofs dawk bla impjieg (48.9%), qalu li kienu ilhom ifittxu xogħol għal mill-inqas 12-il xahar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1