Dħul b’xejn fil-Mużew tal-Arkeoloġija f’Jum l-Indipendenza

  • Set 17, 2014 15:34
  • Miktub minn

    Heritage Malta se tiftaħ il-bibien tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija b’xejn nhar il-21 ta’ Settembru. Il-viżitaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jżuru l-wirja unika “Malta, the great story of a small island-nation through 100 objects”.

    Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, li jinsab fi Triq ir-Repubblika fil-Belt, insibu numru ta' oġġetti li jeħduna lura saż-żmien Neolitiku. Dawn jinkludu “il-mara r-rieqda” li nstabet fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, il-Venere ta’ Malta li nstabet f’Haġar Qim, sjuf tal-bronż mit-tempji ta’ Ħal Tarxien, pendent bl-allat Horus u Anubis u sarkofagu ta’ żmien il-Feniċi.

    Fil-preżent, parti mis-sular ta’ fuq ta’ dan il-mużew qed tospita l-wirja temporanja “Malta, the great story of a small island-nation through 100 objects”, fejn aktar milli jżur wirja konvenzjonali, il-viżitatur qed jiġi mqanqal sabiex jimbarka fuq vjaġġ ta’ skoperta li jeħodna lura 35 miljun sena meta l-gżejjer Maltin bdew jiffurmaw taħt il-baħar.

    Dawk li jżuru l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-21 ta’ Settembru se jkollhom ukoll l-opportunità li jixtru numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ Heritage Malta bi prezz speċjali u li jissieħbu bħala membri tal-aġenzija bi skont ta’ 10%. Minbarra dan se jkun hemm għall-bejgħ numru ta’ muniti kommemorattivi tal-ħamsin anniversarju mill-Indipendenza.

    Għal iktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org jew isegwi l-paġna uffiċjali fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook