It-tfal Maltin rari jirċievu għajnuna mis-servizzi online

  • Lul 10, 2012 10:56
  • Miktub minn

    Il-mezzi pprovduti fuq l-internet biex jgħinu lit-tfal jirrappurtaw meta jkollhom xi diffikultà online mhux qed ikunu utli. Fil-fatt, 13 fil-mija biss tat-tfal Maltin li dejqithom xi ħaġa online użaw dawn l-għodda biex jirrappurtaw. Dan jindika li l-industrija trid taħdem iktar bis-sħiħ biex issaħħaħ il-protezzjoni li tingħata lit-tfal. Barra minn hekk, wieħed minn kull ħamest itfal raw materjal fuq l-internet li seta' jkun ta’ ħsara għalihom.

    Dawn huma tnejn mill-aktar konklużjonijiet importanti minn rapport ġdid maħruġ mill-proġett EU Kids Online. Il-proġett, immexxi mill-London School of Economics għandu l-għan li jinvestiga kif tfal madwar l-Ewropa jużaw l-internet.

    Dan ir-rapport qed ikun ippreżentat lejliet laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Ewropea fejn fiha se jkunu ppreżentati l-isforzi li qed tagħmel l-industrija tal-internet biex tħares lit-tfal meta jkunu online. F’rapport ġdid li jqabbel l-istrateġiji tal-industrija ma’ dak li attwalment jiltaqgħu miegħu t-tfal fuq l-internet, riċerkaturi minn madwar l-Ewropa jirrakkomandaw li l-industrija taħdem biex toħloq għodda aktar aċċessibli u addattati għat-tfal.

    “F’Malta hemm bżonn nitgħallmu iktar dwar dak li t-tfal qed jagħmlu fuq l-internet, u għalhekk qed nieħdu sehem f’din il-fażi li jmiss tar-riċerka EU Kids Online,” spjegat Prof. Mary Anne Lauri, mill-Università ta’ Malta li qed tikkoordina dan il-proġett għal Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0