L-opra Il Trovatore fit-Teatru Aurora f’Ottubru

  • Set 16, 2014 14:38
  • Miktub minn

    Is-Soċjetà Filarmonika Leone ta’ Victoria se terġa’ żżomm l-appuntament tagħha mad-dilettanti tal-opra meta fit-tieni ġimgħa ta’ Ottubru se jtellgħu l-opra ta’ Giuseppe Verdi, Il Trovatore, fit-teatru tagħha, Teatru Aurora.

    It-tnedija uffiċjali ta’ din il-preżentazzjoni ta’ din l-opra tħabbret ilbieraħ f’konferenza stampa fiċ-Ċentru tal-Bank of Valletta, hekk kif il-bank se jerġa’ jisponsorja din l-attività għas-seba’ darba.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-BoV, Charles Borg, waqt li faħħar l-importanza tal-programmi kulturali u l-importanza tagħhom, semma kif il-BoV jieħu l-irwol tiegħu ta’ ambaxxatur tal-arti u l-kultura lokali b‘serjetà u jemmen li li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jingħata l-opportunità li jammira filwaqt li jsir aktar midħla ta’ din l-arti artistika.

    Il-President tas-Soċjetà Filarmonika Leone, Dr Michael Caruana, qal li l-għajnuna tal-bank matul is-snin serviet ta’ assigurazzjoni għall-futur tat-teatru u tal-opra lirika f’Għawdex. Huwa tkellem fuq is-aagrifiċċji finanzjarji biex tittella’ opra bħal din, li qal li tiswa mal-€200,000.

    Il Trovatore se tkun qegħda terġa’ tittella’ fit-Teatru Aurora wara 35 sena wara li preżentazzjoni tagħha saret fl-istess teatru fl-1979.

    Tkellem ukoll is-Surmast Colin attard li din is-sena se tkun l-20 sena tiegħu jidderieġi l-opra f’dan it-teatru. Mro Attard ta tagħrif ġenerali fuq l-erba’ atti tal-opra u semma’ kif l-atti huma mimlija b’mużika mill-isbaħ u bi ftit mill-aktar arie popolari ta’ Verdi. Huwa semma wkoll il-ħidma kbira li ssir biex jinġabu kantanti ta’ fama fosthom is-soprana Amerikana Michele Crider, it-tenur Amerikan ukoll, Stuart A. Neill u l-mezzo soprana Georgiana Mzia Nioradze.

    Għall-konferenza attendiet ukol is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabbilità u l-Anzjani, Justyne Caruana, fejn waqt li ħeġġet għal iktar inizjattivi bħal dawn li jippromwovu t-talent lokali u l-volontarjat, fakkret kif Ottubru huwa x-xahar iddedikat lill-anzjani u kif hemm diversi avvenimenti u inizjattivi li se jiġu organizzati b’risq l-anzjani.

    Il Trovatore se tittella’ nhar is-Sibt 11 t’Ottubru u l-biljetti jistgħu jinxtraw online fuq www.teatruaurora.com jew mill-box office tat-teatru fuq in-numru 21559452.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook