L-Ewwel karozza misjuqa f’Għawdex lura Malta wara 44 sena

  • Set 15, 2014 15:08
  • Miktub minn

    L-ewwel karozza reġistrata f’Malta reġgħet lura Malta wara 44 sena. Din il-karozza Siddeley ta’ l-1904, bin-numru ta’ reġistrazzjoni No 1 se tkun ippreżentata f’Għawdex nhar is-Sibt li ġej. Din il-karozza kienet l-ewwel waħdali qatt instaqet f’Għawdex.

    Il-vettura nġiebet lura Malta mir-Renju Unit mill-kumpanija Express Trailers.

    Fl-1907 is-Siddeley sabet ruħha f’Għawdex, l-Għawdxin tant kienu mbezza’ minnha li kienu bdew isejħulha “il karrozza tan-nar”. Din kienet l-ewwel vettura li qatt instaqet fuq il-gżira.

    Eventwalment il-karozza ma baqgħetx tinstaq u sabet ruħha miżmuma ġewwa mitħna għal madwar 60 sena qabel ma nstabet mill-ġdid minn David Arrigo u Brian Mizzi fl-1968. Din is-sejba tqieset bħala waħda mill-iżjed formidabbli u għadha meqjusa hekk sa llum. Għalkemm l-istat tagħha kien wieħed ħażin ħafna, il-vettura nstabet sħiħa u dan għen fir-restawr tagħha.

    Il-pubbliku qed ikun mistieden jattendi għall-kxif tas-Siddeley 1904 restawrata, attivita’ li se ssir fi Pjazza San Franġisk f’Għawdex nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru fl-10.00 ta’ filgħodu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Set 16, 2014

    huwa possibli li naraw din il karozza go Malta ?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 18, 2014

    AFARIJIET BHAL DAWN GHNDHOM JIBQGHU JIGU MFAKKRA GHAX HUMA PARTI MILL-ISTORJA TA PAJJIZNA

    Irrispondi
  •  

Facebook