Kinsa tajba tagħti bidu għall-istaġun teatrali fi Pjazza Teatru Rjal

  • Set 12, 2014 14:54
  • Miktub minn

    Il-kummiedja għall-familja kollha “Il-Kennies tal-Ġenna” ser tagħti bidu għall-istaġun teatrali ġdid fi Pjazza Teatru Rjal. Din il-kummiedja ta’ Tony Cassar Darien, b’mużika oriġinali ta’ Mro Paul Abela u direzzjoni ta’ Josette Ciappara ser tittella’ nhar is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 ta’ Settembru.

    Din il-biċċa xogħol oriġinali ser toħodna fil-ħajja ta’ Ġanni Borg li wara ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, matul il-lejl jiknes it-toroq ewlenin tal-kapitali. Qabel ma spiċċa jiknes huwa kien ezekuttiv għoli tal-Bank.

    L-inkwiet ta’ Ġanni beda meta f’Malta bdiet dieħla stil ta’ lingwa ġdida magħrufa bhala l-Ismacuc. Meta umbgħad spiċċa fl-abbissi tal-infern skopra li l-ġenna hi l-Belt Valletta. L-istorja tal-Belt tirrifletti x’ġarrab f’ħajtu, u għala l-Beltin huma nies daqstant specjali.

    Id-disinn tal-palk huwa f’idejn Pierre Portelli, Alison White ħadet ħsieb il-korjografija, filwaqt li Chris Gatt u Anton Attard ħadu ħsieb id-dawl u l-kostumi.

    Il-kast jinkludi lil Mario Micallef, Carlos Farrugia, Kris Spiteri, Nathalie Micallef, Ivan Debattista, Anthony Ellul kif ukollu numru ta’ zgħazagħ.

    Biljetti gћal din l-attivita’ li jibdew minn €10 jistgћu jinkisbu minn ticketline.com.mt, mill-biljetterija tal-Embassy jew ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook