Multa u sentenza sospiża għal Norveġiż li ffissa fuq tfajla Maltija

  • Set 12, 2014 14:38
  • Miktub minn

    Żagħżugħ ta' 25 sena min-Norveġja llum ingħata sentenza sospiża u ġie mmultat is-somma ta' €500 wara li nstab ħati li ta fastidju lil tfajla Maltija billi dejjaqha u ffittaha b'messaġġi u emails.

    Jidher li n-Norveġiż, Steffen Sorvik, “iltaqa'” mat-tfajla Maltija online, meta kien qed jilgħab f'każinò virtwali. Huma bdew jibagħtu messaġġi u emails lil xulxin, iżda ġara li Sorvik sar ossessjonat bit-tfajla tant li bbumbardjaha bl-emails u l-messaġġi.

    Minkejja li t-tfajla injorat l-avvanzi tiegħu, huwa xorta waħda ġie Malta dan ix-xahar biex jipprova jiltaqa' magħha.

    Il-Maġistrat Charmaine Galea wissiet lil Sorvik li jekk jibqa' jiffitta lit-tfajla, jintbagħat il-ħabs. Minbarra l-multa u s-sentenza sospiża, hija ordnat lin-Norveġiż biex ma jersaqx lejn it-tfajla għal mill-inqas sentejn.

    Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Agius.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0