It-tnaqqis ta’ dipendenza jnaqqas il-faqar - Charles Mangion

  • Set 12, 2014 13:55
  • Miktub minn

    Id-dokument ta’ qabel il-Buget tal-2015 ikompli jixpruna ‘l quddiem ir-riformi li pajjiżna għandu bżonn biex jassigura tkabbir ekonomiku sostenibli, ħarsien ta’ kompetittività, ħolqien ta’ xogħol u protezzjoni soċjali adekwata, saħaq id-Deputat Laburista Charles Mangion.

    Huwa qal fi stqarrija li dan id-dokument mhux biss jenfasizza l-bżonn ta’ dixxipina fiskali li twassal li nibqgħu fil- limiti mposti miz-zona Ewro ta’ responsabbilità fiskali, imma wkoll jimmira biex itejjeb dawn il-miri u jitnaqqas id-dejn nazzjonali biex pajjiżna jibqa’ jgawdi l-fiduċja ta’ dawk li jħarsu lejh bħala pajjiż tajjeb għall-investiment.

    Dan id-dokument ikompli jissottolinja l-bżonn ta’ riformi kuraġġjuzi li huma neċessarji biex il-miri ta’ tkabbir ekonomiku, qligħ akbar mill-impjegati u operaturi ekonomiċi, ħarsien ta’ kompetittività kif wkoll il-ħarsien ta’ protezzjoni soċjali jibqgħu sostnuti mingħajr il-bżonn ta’ żieda fil-piz tat-taxxi. Dan l-impenn ipoġġi quddiem Gvern Laburista sfidi serji, qal Mangion.

    L-għan li titnaqqas id-dipendenza mit-tessut soċjali hija riforma valida kemm ekonomikament kif wkoll soċjalment. Din hija ħolqa oħra li tikkumplimenta r-riforma diġa` mibdija fil-qasam edukattiv, l-iniżjattivi meħuda u dawk proposti mill-Korporazjoni tax-Xogħol u Taħriġ, it-tiftix ta’ investiment mhux biss mill-Ewropa imma wkoll minn barra l-Ewropa u mill-iniżjativa li titnaqqas il-burokrazija.

    It-tnaqqis ta’ dipendenza huwa mmirat biex onaqqas il-faqar għax iħeġġeġ lill-individwu mhux jistenna li jirċievi għajnuna imma li jingħata l-opportunità li jitgħallem u jitħarreġ biex jkun proattiv fid-dinja tax-xogħol u b’hekk jimxi ‘l quddiem bil-kapaċità tiegħu stess. Fuq il-livell individwali huwa ta’ ġid kbir li minn iħossu emarġinat jingħata l-opportunità li huwa jkun jista jtejjeb il-kwalità ta’ ħajtu u ta’ familtu mingħajr il-bżonn li joqgħod jistenna hand outs mingħand il-Gvern. Dan il-proċesss mhux faċli u li għandu jsib l-appoġġ ta’ kull settur.

    Fuq il-livell ta’ tmexxija pubblika dan se jgħin biex il Gvern jkun jista’ juża r-riżorsi finanzjarji tiegħu b’ mod aktar effiċjenti u s-suċċess ta’ dan il-proċess ikun iffisser li l-pajjiż ikollu aktar ħaddiema u impjegati li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku. Dan huwa pass importanti biex ikun indirizzat il-faqar li jaffettwa mal-20 fil mija tal-popolazzjoni.

    Fl–aħħar, żied Charles Mangion, dan il proċess għandu l-mira li jsaħħaħ l-aqwa riżors li pajjiżna, ir-riżors uman. L-iżviluppi demografiċi u socċali jkomplu jenfasizzaw kemm huwa essenzjali li dan ir-riżors uman hi huwa wkoll limitat għandu jkun mogħni bil-kapaċitajiet u ħiliet neċessarji.

    Biex insostnu l-ekonomija huwa essenzjali li tikber il-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema u titnaqqas id-dipendenza ta’ dawk li huma kapaċi u validi li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.

    Dawn huma riformi li pajjiżna jrid jgħaddi minnhom, saħaq Charles Mangion. Mhumiex sfidi faċli iżda bi tmexxija ta’ Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat u kollaborazzjoni ta’ dawk li jixtiequ ġid lil Malta dawn ir-riformi jagħtu r-riżultat mixtieq u pajjiżna bħalma mexa sa issa jibqa’ miexi fit-triq ta’ tkabbir ekonomiku li minnu jibbenefika kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 12, 2014

    There are two main aspects to economic growth: 1. Aggregate demand (AD), (consumer spending, inves

    Irrispondi