Kull pass jiswiha l-flus

  • Set 17, 2012 07:04
  • Miktub minn Roberta Fenech

    Maryelene Debono hija tfajla omm ta' 24 sena b'xewqa waħda f'ħajjitha... dik li jirnexxielha timxi. Imma pass għal Maryelene ifisser ħafna flus.

    Minn eżamijiet li sarulha wara li twieldet instab li Maryelene kellha diżlokazzjoni bilaterali tal-ġenbejn. Il-kura u t-trattamenti kollha li sarulha wara t-twelid ma kisbux ir-riżultati mixtieqa. Wara nstab li dan seħħ minħabba kundizzjoni rari fil-muskoli li hija simili għal 'muscular distrophy'.

    Sa minn meta kienet żgħira kellha tagħmel numru ta' trattamenti ġewwa l-Charing Cross Hospital f'Londra, fejn għadha sal-lum ikollha titla' darbtejn f'sena.

    Il-kura speċjalizzata li Maryelene tingħata f'Londra m'hix b'xejn. Angele, omm Maryelene, stqarret ma' inewsmalta.com li kull darba li jitilgħu Londra l-ispiża tkun ta' bejn wieħed u ieħor €7,000, bejn titjirit, akkomodazzjoni u spejjeż tal-isptar. L-Ingilterra kull darba jdumu tlett ġimgħat, ġimgħa għat-testijiet u ħmistax fiżjoterapija.

    Dan qed joħloq tbatijiet finanzjari kbar għal din il-familja, li huma determinati li jaraw lil binthom fuq saqajha, tagħmel pass mingħajr għajnuna. Il-qagħda finanzjarja tal-familja Debono kompliet teħżien wara li, missier Maryelene fl-aħħar snin ħass uġigħ f'qalbu u ma setax jibqa' jagħmel xogħol ta' strapazz u tilef l-impjieg. Il-familja Debono spiċċat tgħix bil-benefiċċji soċjali u bl-għajnuna kbira mingħand in-nies.

    “Mhux darba u tnejn li mort inħabbat il-bibien tan-nies jien stess, għall-uliedek kollox tagħmel. Meta jkollok il-mard ma tistax tgħix ħajja faċli, noqogħdu lura ħafna, ngħixu ma' ommi għax kif jista' jkollok id-dar tiegħek b'dawn l-ispejjeż kollha li għandna?” qalet Angele. Il-messaġġ ta' omm Maryelene hu biex in-nies jibqgħu jgħinuha kemm jistgħu għax hekk biss jistgħu jibqgħu mexjin għall-pass ta' binthom.

    Permezz tal-kura li qed tieħu, Maryelene imxiet ħafna 'l quddiem. Snin ilu kellha calipers (apparat biex iżżommha dritta fuq saqajha), li kienu jibdew minn daharha u jinżlu sa saqajha illum dawn jibdew minn taħt l-irkoppa.

    Maryelene tħoss li l-ħajja għaliha għandha prezz għoli ħafna u għalhekk il-messaġġ tagħha huwa biex il-ħajja tkun apprezata u mhux mogħtija bis-sieq.

    Ritratti u filmat: Ray Attard

    • Min jixtieq jgħin lill-familja Debono jista' jagħmel dan permezz tal-kont bankarju HSBC 056-166317001.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 9

  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Ma tridx tkun kattiv imma la kienet taf xsitwazzhoni qieghda fiha iggib trbija fid-dinja??????

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Is-soltu karità Maltija b'kummenti fil-vojt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Cittadin, kont kattiv hafna mhux ftit b'dawk il-kliem! Hadd ma huwa jobligak iddahhal idejk fil-butt, imma ghallinqas tiggudikax. Forsi ma ghandiex dritt bhall kull mara ohra?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    biex tkun bhal mara trid tkun lesta li taghti hajja sew lit tarbija.issa ghiduli intkom xhajja tista ittiha meta hi stess ghandha bzonn lghajnuna.bhekk qieghdin sew fdan il pajjiz ghax hadd ma jahseb la hemm ahna nhallsu it txxa ghal kulhadd...

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Ammirajt lil din it-tfajla ghal-messagg li baghtet : il-hajja ghandha tkun apprezzata mhux intuha bis-sieq. Nahseb kieku tfajliet bhalha jmorru jkellmu lit-tfajliet ta' 13 u 14 -il sena fl-iskejjel isir gid aktar mill-aqwa lezzjoni tal-PSD.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Tiggudikawx hbieb. possibli hadd minnkhom qatt ma zbalja f'hajtu jew kollha perfetti.jekk thossu li maghnkhomx tejnu tejnux u mux nippontaw subghajna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Cittadin, kull subajn li inti tpponta lejn haddiehor biex takkuza, ghandek 3 ohra jippintaw lejk! Tiggudikax u immatura.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Nistaqssi ghaliex din it-tfajla ghanda

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    cittadin tippuntax swaba lil marylen nafa mil vicin hafna u serrah rasek li hija indipendenti hafa u perswas li taf tiehu hsieb lit tifla taha , mela jekk joghgbok tiggudika lil hadd habib

    Irrispondi

It-Temp

SUNNY
26℃
28/08/2016 09:01

  •  

Facebook