Deal Today    Home Finder    myCard    



Petizzjoni biex l-ilma jitla’ fuq l-aġenda tal-UE

  • Set 14, 2012 11:55:23
  • Miktub minn

    Il-General Workers Union, flimkien mal-Anti-Poverty Forum niedew petizzjoni bil-għan li jgħinu fi sforz Ewropew biex il-kwistjoni tal-ilma titla’ fuq nett tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Tony Zarb qal li l-GWU temmen bis-sħiħ li l-aċċess għall-ilma huwa dritt tal-bniedem u l-aċċess għalih m'għandu qatt ikun ristrett. Żied li d-dokument tal-proposti għall-elezzjoni ġenerali tal-GWU jagħmel proposti serji dwar l-ambjent, li jkopru wkoll dan is-settur. Fid-dawl li l-ilma huwa riżors skars f'pajjiżna l-union issostni li hemm bżonn ta' strateġija nazzjonali serja biex l-ilma tax-xita ma jibqax jinħela.

    Is-Segretarju tat-Taqsima tas-Servizz Pubbliku, Josef Bugeja, qal li l-Europea Public Service Union għandha l-għan tiġbor miljun firma sa Awwissu 2013, in-numru meħtieġ biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu inizjattivi fuq talba taċ-ċittadini.

    Josef Bugeja qal ukoll li l-ilma qatt m’għandu jkun ipprivatizzat. “Diġa’ hawn min qiegħed isibha diffiċli biex iħallas għall-ilma,” qal Bugeja. L-inizjattiva tal-petizzjoni ttieħdet mit-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi (GWU), li hija membru tal-EPSO.

    Intant, tkellem ukoll l-idrologu Marco Cremona li qal li għalkemm il-pajjiż investa ħafna fir-reverse osmosis għadha teżisti l-problema ironika li niġbru l-ilma tax-xita u narmuh il-baħar imbagħad naħlu l-enerġija biex nerġgħu ntellugħ mill-baħar u nagħmluh tajjeb għax-xorb. Ċipru għandu 20 darba iktar ilma minn Malta. Semma l-problema li qiegħed jittella’ ħafna ilma tal-pjan li qiegħed joħodlu postu l-ilma baħar.

    Fakkar kif Malta hija obbligata li sal-2015 tassigura s-sostenibbilt tal-ilma tal-pjan. Fakkar kif il-gvern qiegħed jgħid li mhux se jlaħħaq u qiegħed jitlob 12-il sena oħra li jaf ma jkunux biżejjed.

    Min-naħa tiegħu Alfred Baldacchino tkellem dwar kif huwa meħtieġ li tikber ir-responsabbilt dwar l-użu tal-ilma.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

It-Temp

PARTLY CLOUDY
25℃
24/07/2016 08:42

  •  

Facebook