KISS: Stazzjon ġdid b'mużika 24/7

  • Set 14, 2012 10:45
  • Miktub minn

    Iż-żminijiet jinbidlu u l-istess qiegħda tagħmel id-dinja tal-komunikazzjoni. Waħda mill-iktar kliem mlissna fil-qasam tal-komunikazzjoni llum hija l-kelma diġitali. Anke fil-qasam tar-radju din il-bidla qiegħda tinħass dejjem. Għalkemm sa issa baqa’ jiddomina l-analogue il-futur huwa diġitali. Dan qiegħed iwassal biex stazzjonijiet Maltin jibdew iħarsu lejn sistema ta’ xandir simili.

    Mil-lum ONE Productions se tkun qiegħda żżied stazzjon ġdid. Stazzjon bl-isem ta’ KISS u li se jixxandar fuq il-pjattaforma diġitali DAB+.

    “KISS huwa mmirat lejn iż-żgħażagħ u dak li jħossuhom żgħażagħ, iżda mhux biss,” intqal fi stqarrija.

    Jidher li dan l-istazzjon se jkun qiegħed ixandar mużika biss għal 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.

    Mistoqsi dwar għaliex il-ħtieġa ta’ stazzjon ġdid meta fi ħdan il-kumpanija tiegħu għandu fost l-iktar stazzjonijiet partikolari, iċ-chairman ta’ ONE qal li KISS huwa differenti għal kollox minn dak li diġa’ jeżisti.

    “Preċiżament għaliex KISS huwa differenti mill-istazzjonijiet l-oħrajn kollha inkluż ONE Radio. KISS huwa stazzjon esklussiv għaż-żgħażagħ imma mhux biss. KISS huwa maħsub u ddedikat għal dawk kollha li jippreferu jisimgħu mużika biss 24/7 fid-djar, fil-karozza, fl-uffiċċju jew fuq il-post tax-xogħol tagħhom mingħajr il-bżonn ta’ preżentaturi, dj’s, jew programmi oħrajn ta’ diskussjoni, inkluż dawk politici. Għalhekk is-slogan ta’ KISS WE PLAY JUST MUSIC. L-unika waqtiet fejn il-mużika tieqaf fuq KISS se jkunu l-aġġornamenti ta’ aħbarijiet, it-temp u l-isports ta’ tliet minuti kollox kull siegħa bejn is-07.00 u s-19.00. Mill-bqija KISS huwa garanzija tajba għal dawk il-ħafna żgħażagħ li jsegwu l-mużika tal-lum, iżda anke dik mill-passat b’mod speċjali għal dawk li għadhom jgħożżu il-klassiċi tas-70’s 80’s u 90’s,” qal Micallef li tkellem fuq is-sabiħ tad-DAB+.

    “Għalija din hija sfida u opportunità biex inħeġġu ħafna aktar Maltin mhux biex jisimgħu KISS biss, iżda wkoll biex jaqilbu għas-sistema DAB+. Dan għaliex is-settijiet tar-radju DAB+ għandhom kwalità ta’ awdjo superjuri ħafna għal dak li aħna imdorrijin nisimgħu fuq il-frekwenzi MW u FM. Dan minbarra faċilitajiet oħrajn fosthom li dawk li se jsegwu KISS se jkunu jistgħu jaqraw l-isem tal-artist/tal-grupp kif ukoll tad-diska li tkun qed tindaqq dak il-ħin permezz ta’ display li tkun għaddejja fuq is-sett tar-radju DAB+. Dan huwa il-vantaġġ tal-era diġitali kif se jkun qed ixanadr KISS fuq DAB+. Minbarra hekk is-settijiet tar-radju DAB+ li jinkludi wkoll ONE Radio u l-istazzjonijiet lokali l-oħrajn, ixandar ukoll stazzjonijiet ewlenin Ewropej fosthom ir-RAI u l-BBC World Service,” temm jgħid Micallef li esprima l-ottimiżmu tiegħu li dan il-proġett ikun suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Set 14, 2012

    Meta lahaq mexxej tal-Partit Laburista, niftakar car Joseph Muscat ghamel laqgha maghna li nahdmu f' One Productions u kien weghedna dan l-istazzjon! Juri bic-car kemm huwa bniedem li jzomm kelmtu! Prosit lilek ukoll Jason tal-hidma tieghek!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 14, 2012

    Nawgura kull succes lil Kiss Keep up your good work

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 15, 2012

    Well done to ONE productions. KISS you!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 16, 2012

    well done stazzjon serju .. fuq radju normali jinqabad? u fuq xiex?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Keep up the good work guys! ;-),

    Irrispondi
  •  

Riċetti

Facebook