Partita ta’ ħbiberija: Malta megħluba mis-Slovakkja

  • Set 04, 2014 23:15
  • Miktub minn Cris Muscat mis-Slovakkja

    Wirja qalbenija ma kinitx bizzejjed għat-team nazzjonali Malti hekk kif, f’partita ta’ ħbiberija, fl-MSK Zilina Stadium fis-Slovakkja, tilef bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal għas-Slovakki jasal minn Adam Nemec, fit-43 minuta.

    Kumplessivament dan kien riżultat pożittiv għall-Maltin li għalkemm tilfu, kollox ma’ kollox, kellhom logħba tajba kontra team li jinsab fl-40 pożizzjoni fir-rankings tal-FIFA u li fost oħrajn jinkludi players ta’ fama u klassi mondjali bħall-captain Marek Hamsik (ta’ Napoli),.

    Is-Slovakkja utilizzaw formazzjoni ta’ 4-2-3-1 waqt li t-team nazzjonali Malti lagħab b’formazzjoni ta’ 5-3-2 bil-captain Michael Mifsud ikun il-punta ċentrali, b’Andrè Schembri jgħinu warajh bħala midfielder offensiv.

    Kif antiċipa l-goalkeeper Justin Haber, f’kumment lil dan il-ġurnal, kien Andrew Hogg li ddefenda l-lasta Maltija liema pożizzjoni baqa’ jżomm matul il-logħba kollha.

    Barra minn hekk kif sostna Ghedin innifsu, Ryan Scicluna ma bediex fil-formazzjoni inizjali minħabba li għadu qed jirkupra minn injury biex ġie utilizzat bħala sostitut, fis-87 minuta, li daħal fil-post ta’ Paul Fenech, biex b’hekk għamel id-debutt uffiċjali tiegħu mat-team nazzjonali tal-kbar.

    Iżda min-naħa l-oħra, Steve Borg, irnexxielu jagħmilha mal-ewwel ħdax wara li laħaq irkupra għal kollox mill-injury ħafifa li kien qed iħoss.

    Min-naħa l-oħra għas-Slovakkja ma lagħabx id-difensur ta’ Liverpool, Martin Skrtel, minħabba li jinsab imweġġa’ u sospiż.

    Infatti huwa se jkun ukoll sospiż għal-logħba li s-Slovakkja għandhom kontra l-Ukrajna, f’Kiev, nhar it-Tnejn li ġej, valida minn Grupp D għall-kwalifikazzjoni tal-Euro 2016.

    Min-naħa ta’ Malta, se tkun impenajta l-għada t-Tlieta kontra l-Kroazja, fil-Maksimir Stadium, f’Zagreb, f’logħba li tibda fid-8.45 p.m.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet, fis-17-il minuta, permezz ta’ tentattiv minn freekick insidjuż tal-midfielder Slovakk, Miroslav Stoch, li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Andrew Hogg.

    Fis-26 minuta, il-captain Malti Michael Mifsud, ra x-xutt b’saħħtu u angulat tiegħu jgħaddi ftit għoli mil-lasti difiżi minn Kozacik. Mifsud reġa’ ħoloq il-periklu, fl-34 minuta għall-Maltin, u din id-darba ra lill-goalkeeper Kozacik idawwar tentattiv tiegħu mill-viċin f’corner.

    Fit-43 minuta, is-Slovakkja fetħu l-iskor meta minn cross mil-lemin ta’ Vladimir Weiss, il-ballun spiċċa f’saqajn il-player ADAM NEMEC, li jilgħab ma’ FC Union Berlin fil-Ġermanja, u li mill-viċin tefa’ wara Hogg biex skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tat-team nazzzjonali Slovakk fil-karriera tiegħu.

    Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqisma, kein hemm foul fuq Andrè Schembri fil-kaxxa wara li dan kien irċieva minn through-ball iżda r-referee Ċek, Miroslav Zelinka, ħalla l-logħob għaddej.

    Mill-bqija tat-tieni taqsima, il-logħob żvolġa f’nofs il-ground u minkejja li l-avversarji gawdew ħafna mill-pussess tal-ballun, bl-ebda mod ma setgħu jinfdu d-difiża kompatta Maltija li kienet dixxiplinata sas-suffara finali.

    Infatti, il-goalkeeper Andrew Hogg ftit li xejn kien impenjat għajr xi xutt iżolat li huwa kkontrolla tajjeb.

    Min-naħa tal-Maltin, ippreferew li jilagħbu t-tattika ta’ konteniment u joperaw bil-kontrattakki.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook