Il-Breakfast Club fl-iskejjel Primarji mill-ġdid fil-bidu tas-sena skolastika

  • Set 01, 2014 19:42
  • Miktub minn

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jilqa l-applikazzjonijiet għall-iskema tal-Breakfast Club għas-sena skolastika ġdida li tibda, it-Tnejn 22 ta’ Settembru.

    Permezz ta’ din l-skema tfal fi skejjel Primarji tal-Gvern jingħataw kolazzjon b’xejn qabel jibdew il-lezzjonijiet. Dan il-programm beda jopera fl-Iskejjel Statali fil-livell Primarju fl-1 ta’ April 2014, permezz tiegħu ġenituri li jaħdmu ikunu jistgħu jwaslu lill-uliedhom fl-iskejjel fis-7:00 fejn dawn jingħataw kolazzjon kif ukoll ikollhom superviżjoni qabel il-ħin tal-Iskola.

    Bejn April u Ġunju ta’ din is-sena madwar 700 student attendew għal Breakfast Club kuljum u b'kollox ġew offruti madwar 38,500 breakfast fil-kulleġġi kollha ta’ Malta u Għawdex.

    Il-Ministeru ħeġġeġ lill-ġenituri eleġibli biex japplikaw mis-sit www.education.gov.mt/en/Pages/Breakfast-Club.aspx. Għall-aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw il-Ministeru fuq 25982763 jew breakfastclub.mede@gove.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Good Idea u Prosit!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    KOllox tajjeb li qied isir ghall gid . tghana il carers biss ghadu ma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Jien pensjonant u bhali hawn eluf. Ara jekk hemmx xi erba genituri jridu nzommulhom u nitmawlhom it-tfal b'xejn sakemm jasal il-hin biex jorqdu. Hekk jonqos ukoll. U ahna nhallsu!!!

    Irrispondi
  •  

Facebook