Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura jiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi

  • Set 01, 2014 18:29
  • Miktub minn

    Id-disa’ edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura f’Malta organizzat minn Inizjamed se jittella’ l-Ħamis 4, il-Ġimgħa 5, u s-Sibt 6 ta’ Settembru, fi ġnien il-Furjana magħruf bħala Msida Bastion Historic Garden. Dan il-festival ser jgħaqqad diversi awturi mill-Alġerija, Malta, Franza, l-Ingilterra, il-Katalunja, Slovenja, Lampedusa u l-Ungerija.

    F’edizzjoni ser jieħdu sehem l-awturi Noria Adel mill-Alġerija, Clare Azzopardi, Antoine Cassar, Walid Nabhan u Marlene Saliba minn Malta, Marc Delouze minn Franza, Abdulrazak Gurnah mill-Ingilterra, Bel Olid mill-Katalunja, Peter Semolič mis-Slovenja, Giacomo Sferlazzo minn Lampedusa, u Anna Szabó mill-Ungerija.

    Waqt il-Festival se jkunu qed jintwerew films tal-poeżija minn Reel Festivals u film ġdid ta’ Kenneth Scicluna mnebbaħ minn żewġ poeżiji ta’ Doreen Micallef. Liema film hu sponsorjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

    Tnejn mill-aħjar gruppi mużikali fix-xena Maltija, Plato’s Dream Machine (il-Ħamis), u Kantilena (il-Ġimgħa u s-Sibt), se jdoqqu kanzunetti mill-albums ġodda li nidew f’dawn l-aħħar xhur, Għera u Senduq. Waqt il-Festival se jkun hemm għall-bejgħ għadd ta’ kotba, fosthom Klijenti Antipatiċi u Kapuċċini Kesħin u Għaraq Xort’Oħra, żewġ kotba ppubblikati minn Inizjamed u editjati minn Clare Azzopardi u Albert Gatt.

    Id-dħul għas-serati kollha li jibdew fit-8:00pm huwa b’xejn u kulħadd jista’ jattendi. Jista’ jkun li ċerti xogħlijiet ikunu aktar addattati għal udjenza matura.

    Din is-sena, fil-jiem tal-Festival, se ssir l-ewwel Konferenza Internazzjonali dwar ir-Relazzjonijiet Kulturali fl-Ewropa u l-Mediterran. Il-konferenza se ssir nhar il-Ħamis 4 u l-Ġimgħa 5 ta’ Settembru ġewwa l-kampus tal-Università fil-Belt Valletta. Dan l-avveniment annwali qed jittella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u se tiddiskuti, fost l-oħrajn, aspetti tar-relazzjonijiet kulturali kontemporanji fil-Mediterran, speċjalment dawk marbutin mal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali tal-Kultura.

    Il-kelliema ewlenin fil-konferenza se jkunu l-istoriku Henry Frendo u Mostafa Hassani-Idrissi, li editja l-manwal fuq il-Mediterran bħala parti minn Marsilja 2013.

    Il-Festival u l-laboratorju tat-traduzzjoni letterarja huma parti mill-inizjattiva Literature Across Frontiers, li kellha sehem importanti fit-twaqqif u l-iżvilupp annwali tal-Festival.

    Din is-sena l-festival se jiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi.

    Id-disa’ edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura f’Malta u l-workshop tat-traduzzjoni tal-LAF qed jittellgħu bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund, il-Fondazzjoni Valletta 2018, ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Din l-Art Ħelwa, Reel Festivals, Institut Ramon Llull, Aġenzija Żgħażagħ, l-Għaqda tal-Malti – Università, u l-iskema ‘Small Initiatives’ immexxija mill-Uffiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0