Tibda l-VIVA Curatorial School

  • Set 01, 2014 17:06
  • Miktub minn

    Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tat bidu għall-VIVA Curatorial School, bħala parti mill-Valletta International Visual Arts Festival (VIVA),, li qed jitella' matul din il-ġimgħa.

    Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, qal li “l-għan ewlieni ta’ Valletta 2018 hu li sservi bħala katalista sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura kulturali, jitkabbru t-talenti u l-kreattività u tgħin lill-artisti, lill-operaturi u lill-intrapriżi kreattivi biex jilħqu livelli ogħla f’xogħolhom”. Din il-viżjoni hi appoġġjata mill-Gvern li hu impenjat biex ikompli jiżviluppa s-settur kulturali u kreattiv bħala l-aktar aspett dinamiku tal-Belt u l-ħajja soċjo-ekonomika ta’ Malta.

    Id-Direttur Artistiku ta’ VIVA, Raphael Vella, qal: "L-iskola għall-kuraturi hi inizjattiva ġdida f’Malta bil-għan li toffri lill-istudenti, lill-artisti, lill-edukaturi tal-arti u lill-kuraturi l-ġodda l-opportunità li jiddiskutu u jiddibattu flimkien sabiex jiddeċiedu fejn għandu jiġi esebit ix-xogħol artistiku f’postijiet pubbliċi jew fi spazji ta’ esebizzjonijiet filwaqt li jaqsmu l-ideat tagħhom dwar l-arti u l-esibizzjonijiet billi jinvolvu ruħhom mal-udjenzi u mudelli pedagoġiċi differenti."

    It-tema tal-ewwel edizzjoni tal-iskola għall-kuraturi hi Curating: Politics, Publics, Pedagogies. Għaldaqstant il-partċipanti qed iħarsu lejn kif jitrattaw relazzjonijiet ta’ poter f’wirjiet, prassi soċjali fil-kuratela tal-arti kontemporanja, mudelli pedagoġiċi alternattivi u prattiċi differenti fil-mużewijiet.

    Il-VIVA Curatorial School qed issir ġewwa il-Kampus tal-Belt, fl-Università ta’ Malta, fejn qed iseħħ programm intensiv ta’ ġimgħa. Fih qed jipparteċipaw kelliema internazzjonali minn diversi istituzzjonijiet Ewropej. Għal dan il-programm qed jattendu aktar minn 90 artist u student kemm lokali kif ukoll barrani. Qed jattendu wkoll staff akkademiku tal-Università ta’ Malta, tal-MCAST u ta’ Heritage Malta.

    Il-kelliema internazzjonali huma Mieke Bal (teorista kulturali u kritika mill-Amsterdam School for Cultural Analysis, fl-Università ta’ Amsterdam),, Maria Lind (direttur, Tensta Konsthall, Stockholm),, Marina Wallace (direttur, Artakt u Professur tal-Kuratela, Central Saint Martins, University of the Arts London),, Rosie Cooper (kuratur, Liverpool Biennial),, Ine Gevers (kuratur freelance and Direttur Artistiku, Foundation Niet Normaal),, Kit Hammonds (għalliema tal-kuratela tal-arti komtemporanja, Royal College of Art, London),, Pam Meecham (professur fl-Edukazzjoni u l-Istudju tal-Mużewijiet, l-Istitut tal-Edukazzjoni, l-Università ta’ Londra),, Michelle Williams Gamaker (artista vidjografika mir-Renju Unit), u Democracia (grupp ta’ artisti bbażat f’Madrid),.

    Fl-istess waqt tal-VIVA Curatorial School qed isseħħ il-programm ta’ Kuraturi Residenti fejn tliet kuraturi mill-Olanda qed iqattgħu ħmistax jiriċerkaw f’Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Leeuwarden 2018, il-belt li se tospita l-Kapitali Ewropea tal-Kultura flimkien mal-Belt Valletta.

    Il-Festival VIVA qed jiġi organizzat miċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Kunsill Malti għall-Arti, il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Aġenzija Żgħażagħ. Huwa wkoll megħjun mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta.

    Iżjed informazzjoni tinsab fuq is-sit www.viva.org.mt

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook