Il-Kamp Sportiv Malti issellem lill-żewġ protagonisti, Paul Dawson u Lawrence Darmanin

  • Set 01, 2014 16:30
  • Miktub minn

    Il-kamp sportiv isellem lil żewġ protagonisti hekk kif tħabbret l-mwiet ta’ Paul Dawson fl-età ta’ 59 sena u Lawrence Darmanin fl-età ta' 57 sena.

    Paul Dawson, attiv fid-dixxiplina tat-Table Tennis, kien inħatar President tal-Malta Table Tennis Association (MTTA), f’Marzu tas-sena li għaddiet. Sa minn mindu Dawson ġie maħtur President, għamel l-almu tiegħu sabiex l-isport tat-table tennis jieħu spinta ’l quddiem. Minbarra li serva ta’ President huwa kien plejer tat-table tennis ta’ klassi.

    Huwa kien bniedem rispettat ferm u t-telf tiegħu se jinħass minn dawk kollha li b’xi mod iltaqgħu miegħu tul ħajtu.

    Lawrence Darmanin, attiv fl-isparar, kien il-President tal-Malta Air-Rifle & Pistol Shooting Club, kif ukoll kowċ fl-istess dixxiplini. Huwa rrapprezenta lill-Malta f'għadd ta' kompetizzjonijiet barra il-pajjiż fosthom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-10m Air Rifle fl-2003.

    Lawrence Darmanin serva wkoll bħala membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar (MSSF), u jirrappreżenta lill-MRPSC. Lawrence Darmanin baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fl-isport tal-isparar sal-aħħar bl-għan li jippromowovi l-isparar bl-air rifle u l-pistola f’Malta.

    Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius, flimkien mal-bord tad-diretturi u l-impjegati kemm tas-Segretarjat Parlamentari u anke tal-Kunsill Malti għall-Isport, iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta’ Paul Dawson u Lawrence Darmanin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0