L-Air Malta se tipparteċipa fl-Airshow Internazzjonali ta’ Malta

  • Set 13, 2012 15:00
  • Miktub minn

    L-Air Malta fi stqarrija ħabbret li din is-sena se tieħu sehem attiv fil-Airshow Internazzjonali ta' Malta u se tipparteċipa b’ajruplan Airbus A320.

    L-‘airshow’, li din is-sena qed tiċċelebra l-20 edizzjoni tagħha, se ssir fit-29 u 30 ta' Settembru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

    B’żewġ magni CFM56-5B4/P, l-ajruplan Airbus A320 jista’ jtir b’piż massimu ta’ 77 tunnellata metrika, twil 37.57metru, u b’tul tal-ġwienaħ ta' 34.1metru. L-ajruplan għandu veloċità waqt il-cruise ta' 834 kilometru fis-siegħa u jista’ jtir distanza ta' 4,055 kilometru. L-Air Malta topera ħames A320's; żewġt ajruplani b’180 siġġu u tlieta b’168 siġġu.

    Aktar dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-Air Malta fl-Airshow se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

    Imtella’ kull sena f'Settembru, il-Malta International Airshow hija waħda mill-akbar avvenimenti organizzati fil-miftuħ f’Malta. Matul is-snin, l-airshow ġabet għall-wiri ajruplani interessanti ħafna inklużi F-14s, F-15s, F-16s, F-18s, L-39, A-4 Skyhawks, Tornados, B-52, l-iSpitfire u l-Hurricane. L-airshow wkoll ospitat timijiet nazzjonali akrobatiċi nklużi r-‘Red Arrows’, ‘Patrouille de France’, ‘Frecce Tricolori’, it-tim Spanjol ta’ ‘Patruila Aguoila’, it-tim Svizzeru tal-PC-7, it-tim tal-Breitling, u tipi oħrajn ta’ ajruplani minn madwar id-dinja.

    Aktar informazzjoni dwar l-Airshow ta’ din is-sena tista’ tinkiseb minn www.maltairshow.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0