Aġġornat: L-MCCAA kienet diġà ħadet passi kontra l-persuni involuti

  • Set 01, 2014 14:52
  • Miktub minn
"

    09:14: Din hija t-tweġiba ta' Benny Borg Bonello għal dak li qalet l-MCCA:

    Nirreferi għar-risposta tas-Sur Mangion A/DG Affarijiet tal-Konsumatur MCCAA għall-artiklu tiegħi ‘Ir-rakit tal-Waterproofing’. Nixtieq niċċara xi punti:

    • L-ewwel ħaġa ma nafx għalfejn daħħal lill-Għaqda tal-Konsumaturi. Ir-raġuni hi li dawn l-artikli huma l-opinjoni tiegħi. Kull meta ktibt f’isem l-Għaqda dejjem kont ċar li dan qed nagħmlu f’isem l-Għaqda. Qisha l-MCCAA għandha xi phobia għall-Ghaqda!

    • Is-Sur Mangion qal li dak li semmejt jien diġà qed isir. Ma naħsibx li dan hu hekk. Jekk tiftaħ is-site tal-MCCAA fil-faċċata ta’ quddiem ma ssib xejn dwar dan jew dwar dawk in-negozjanti l-oħra li l-MCCAA ħarġet public warning statement. Biex issib il-public warning statement dwar dawn il-persuni trid tqalleb il-website kollha tant huma moħbija sew! Barra minn hekk lanqas hemm ritratti ta’ dawn il-persuni biex jintgħarfu. Lanqas avviżi fil-gazzetti ma saru!

    • Biss ħalli għall-argument ngħidu li sar kollox. Il-fatt li dan ir-rakit għadu għaddej ifisser li dawn il-miżuri mhux biżżejjed. Tajjeb għalhekk jgħidilna x’miżuri oħra l-MCCAA ser tieħu biex jieqaf dan l-abbuż speċjalment meta hu ż-żmien tas-sena l-aktar li l-konsumaturi jużaw servizz biex jipproteġu l-bjut taghhom.

    • Fl-argumenti tiegħu s-Sur Mangion ġab lill-MCCAA fl-istess keffa tal-Għaqda tal-Konsumaturi. Distinzjoni kbira li hemm hi li waħda hi Awtorità li għandha poteri eżekuttivi u l-oħra hi NGO li kulma tista’ tagħmel hu biss pressjoni pubblika. Kull min jaħdem f’xi NGO jaf in-nuqqas ta’ riżorsi li dawn għandhom. Barra minn hekk, filwaq li waħda (MCCAA), għandha mal-100 ruħ impjegat, l-oħra lanqas part-timer wieħed m’għandha u tiddependi biss fuq ix-xogħol tal-voluntiera. Distinzjoni oħra hi li filwaqt li l-Awtorità għandha budget imħallas mill-konsumaturi stess permezz tat-taxxi tagħhom (din is-sena kellhom budget ta’ 3.6miljun Euro),, l-Għaqda bħal ħafna NGO’s oħra ma tiswa xejn lit-taxpayer. Kellha bżonn l-Għaqda kienet tingħata mqar farka minn din is-somma bħala għajnuna biex jara x’kapaċi jagħmlu l-NGOs.

    • Biss l-akbar distinzjoni hi li filwaqt li l-Għaqda l-impenn tagħha hu mija fil-mija lejn il-konsumaturi, l-impenn tal-MCCAA għalija hu ħafna ‘l bogħod minn hekk. Insemmi biss il-unit pricing meta l-istess Awtorità ċaħħdet il-maġġoranza tal-konsumaturi minn dan id-dritt biex ma turtax lin-negozji. U issa l-unit pricing ser jidħol minħabba l-pressjoni li għamlet l-Ghaqda lill-Kummissjoni Ewropea biex iġġiegħel lill-MCCAA tapplika sew din id-direttiva.

    • Is-Sur Mangion semma li l-MCCAA għandha l-istess poteri li għandha NGO meta jiġu għall-ilmenti. Jekk inhu hekk, is-sitwazzjoni hi veru prekarja u hu dmir tal-MCCAA biex titlob lill-Gvern aktar poteri biex tkun verament tiddefendi l-konsumaturi. Sa fejn naf jien s’issa dan għadu ma sarx.

    ​Aktar kmieni: B'referenza għall-blog ta' Benny Borg Bonello bit-titlu “Ir-racket tal-waterproofing”, li deher fuq inewsmalta.com fl-20 t'Awwissu.

    Godwin Mangion, l-A/Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA b'rispostagħall-blog ta' Benny Borg Bonello bit-titlu “Ir-racket tal-waterproofing”, li deher fuq inewsmalta.com fl-20 t'Awwissu, qal li l-awtorità kienet diġà ħadet passi kontra l-persuni involuti.

    U fil-fatt, qal Mangion ittellgħu l-Qorti iżda l-każijiet għadhom fil-proċess li jiġu deċiżi. Apparti l-“Public Warning Statements” li ħarġet u li ssemmew fl-artiklu, l-Awtorità wkoll permezz tal-uffiċjali tagħha, li regolarment jieħdu sehem fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi dwar dawn iż-żewġ operaturi li qed iqarqu bil-konsumatur.

    L-Awtorità qed taħdem biex jieqaf ir-reklamar fuq il-“magazines” li jitqassmu bieb bieb u fil-fatt diġà kien hemm qbil mal-istampatur sabiex ir-reklamar jieqaf.

    L-Awtorità infurmat ukoll lill-pulizija dwar il-ħidma qarrieqa ta’ dawn il-persuni sabiex jittieħdu passi kontra tagħhom kif filfatt għamlet ukoll l-Għaqda tal-Konsumatur.

    Napprezzaw is-suġġerimenti li għamel is-Sur Benny Borg Bonello li japplikaw ukoll għall-Għaqda tal-Konsumaturi billi fejn jidħlu ilmenti mill-konsumaturi, din l-Għaqda għandha l-istess poteri taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur kif għandu l-Uffiċċju tal-Konsumatur.

    Nassiguraw lis-Sur Benny Borg Bonello li kuntrarjament għal dak li qal, jiġifieri li “kważi xejn mhu ser isir”, l-MCCAA kienet diġà wettqet ħafna minn dak li ssuġġerixxa, kif issemma’ aktar ‘il fuq u qed tevalwa x’jista’ jsir aktar. Il-kooperazzjoni tal-Għaqda tal-Konsumatur hija apprezzata ħafna u aħna ninsabu konvinti li għandna l-istess għan, jigifieri li nipproteġu l-interessi tal-konsumatur. Għalhekk nilqgħu kull suġġeriment li jsirilna u li nkunu nistgħu nwettqu fil-parametri tal-liġijiet eżistenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1