L-eqdem dgħajsa fil-gżejjer Maltin parti mill-kommemorazzjoni ta’ Manwel Dimech

  • Set 01, 2014 15:22
  • Miktub minn

    Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Settembru dgħajsa li llum tagħmel parti mill-flotta ċkejkna tal-Koperattiva tal-Barklori se tkun protagonista fl-attività li se tfakkar il-100 sena mill-eżilju ta’ Manwel Dimech.

    Id-dgħajsa ‘Palomba’ li hija tal-istess epoka ta’ Dimech, inħadmet mal-150 sena ilu u, irrestawrata kif jixraq, baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni sal-lum. Minn fuq din id-dgħajsa, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Settembru, l-E.T. il-President ta’ Malta se tqiegħed fil-baħar fjuri b’tifkira tal-eżilju ta’ Dimech u bi gratitudni għas-sagrifiċċju li għamel għal art twelidu.

    Din il-kommemorazzjoni se ssir eżatt fl-istess jum, fl-istess ħin u mill-istess post li fihom, 100 sena ilu―fil-5 ta’ Settembru tal-1914-il-vapur Taljan S.S. Stura salpa ’l barra mill-Port il-Kbir b’Manwel Dimech fuqu, meħud għall-eżilju tiegħu, li ntemm b’mewtu fl-Eġittu sitt snin u nofs wara.

    Fl-istess attività, il-President se tikxef plakka kommemorattiva li tfakkar l-eżilju ta’ Dimech. Għall-okkażjoni, Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS), se toħroġ uffiċjalment kbieb bil-poeżiji ta’ Dimech, Dimech Poeta: Mill-ħabs għall-eżilju, imħejji minn Jessica Micallef. L-attività se ssir ix-Xatt tal-Belt, quddiem il-Lift.

    Id-dgħajsa ‘Palomba’, proprjetà tas-Sur Joe Abela, hija l-eqdem dgħajsa fil-Ġżejjer Maltin. Illum għad baqa’ biss 12-il dgħajsa bħalha u ftit li xejn baqa’ mastrudaxxi li jaħmu din l-opra tradizzjonali Maltija. Id-dgħajsa se tkun protagonista ta’ din l-attività anki sabiex l-awtoritajiet jieħdu ħsieb iħarsu dan il-wirt kulturai Malti li qed jispiċċa.

    L-attività ta’ nhar il-Ġimgħa tibda fis19.00 ta’ filgħaxija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0