Żewġ Somali l-Qorti talli serqu oġġetti ta' Rumen

  • Set 01, 2014 14:43
  • Miktub minn

    Rumen illum iddeskriva fil-Qorti kif waqt li kien rieqed fuq bank f'Paceville, Somalu seraqlu iphone, kartiera u l-liċenzja tas-sewqan.

    Ir-Rumen, Bogdan Marius, xehed wara li tressqu l-Qorti żewġ Somali li ġew mixlijin li lbieraħ kmieni filgħodu serqulu diversi oġġetti. Is-Somali huma Abdulahi Mohamed Adow ta' 32 sena u Bashir Abdulahi Ahmed ta' 21 sena.

    Adow waħdu ġie mixli wkoll li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta' sentenza sospiża u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. Huwa qal li mhux ħati iżda sieħbu ammetta u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin.

    Ir-Rumen qal li s-Sibt billejl kien Paceville ma' sħabu iżda f'xi ħin tilfu lil xulxin. Huma għandhom ftehim bejniethom li meta jiġri hekk, jiltaqgħu f'post u ħin partikolari biex jirkbu l-karozza tal-linja lejn id-dar. Sakemm isir il-ħin, huwa raqad fuq bank.

    F'ħin minnhom ħass lil xi ħadd imissu. Huwa għaraf lil din il-persuna bħala Abdulahi Mohamed Adow. Dan seraqlu l-iphone li jiswa aktar minn €600, kartiera b'€40 fi flus kontanti, kif ukoll il-liċenzja tas-sewqan. Is-Somalu ġie arrestat fuq il-post stess, qal ix-xhud filwaqt li ċaħad li kien xurban.

    Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni opponiet għax qalet li l-imputat mhux affidabbli. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, ċaħdet it-talba minħabba nuqqas ta' affidabbiltà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Kemm se ndumu sejrin hekk. Persuni jigu Malta bhala Emigranti Irregolari hi diga bicca ta ugih ir-ras, ikmma meta uhud minnhom jahbtu difrejhom mal-gustizzja ghal darba darbtejn u qisu ma gara xejn nahseb li hu izzejjed. Fejn nafu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Jien ma rridx nemminha din...Kif jista jkun li mmigrant illegali jaghmel reat kriminali ??? Imbaghad Somalu ?? Le ma rridx nemmen u ghalxejn tghiduli..... ghax nibqa ma nemminx!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Mux habs jew sentenza sospiza. Din ma nistax nifima. Minn ixxelef diffrejh mal ligi jintbat lura pajjizu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Fejn qatt konna nisimghu jew naraw nies reqdin fuq il-bankini!!!!!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Jaqaw il-habs mimli ghax hlief sentenzi sospizi ma tismax???????Jekk hemm bzonn nibnu habs iehor.Mela dawn l'emigranti illegali hafna minnhom kollha imcapsin m

    Irrispondi
  •  

Facebook