Jingħata bidu għall-attivitajiet marbuta mal-Qormi Wine Festival

  • Set 01, 2014 14:32
  • Miktub minn

    Il-Ħadd filgħodu ġiet inawgurata l-wirja tradizzjonali tal-inbid, fi Triq il-Blata f'Hal Qormi, waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-Qormi Wine Festival, li għal din is-sena ser issir fil-5 u 6 ta’ Settembru.

    Il-wirja, imtellgħa mill-Kumitat Festi Esterni li ser tibqa miftuħa il-gimgħa kollha, ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes fil-preżenza tas-Sindku Rosianne Cutajar. F'din il-wirja wieħed isib esebiti għodod antiki li kienu jintuzaw fil-process tat-tgħasir tal-għeneb, informazzjoni dwar l-inbid Malti u kif dan jiġi prodott. Wieħed issib ukoll informazzjoni dettaljata dwar il-ħwienet tradizzjonali tal-inbid f’Ħal Qormi.

    Apparti din il-wirja, ġew imnedija ukoll żewg rappreżentazzjonijiet teatrali li se jittellghu għall-Qormi Wine Festival - waħda mill-Kumpanija Teatrali Anici u l-oħra f'xelter ta' żmien il-gwerra mill-Għaqda Qawmien. Is-Segretarju Parlamentari żar ukoll wirja ta' fotografija li qed tiġi preżentata fi Triq il-Kbira minn Chris Azzopardi.

    Din is-sena għal Qormi Wine Festival wieħed ikun jista jsib għażla wiesa’ ta’ nbejjed ħomor, bojod u rosé magħmula minn varjetajiet ta’ għeneb lokali, kunċerti, ikel tipiku Malti, wirjiet u kompetizzjonijiet, show ta’ dwal u chill-our area. Il-Qormi Wine Festival 2014 se jsir nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 6 mis-7.30pm sa nofsillejl. Ser ikun hemm ukoll siti riservati għall-parkeġġ.

    Dawk preżenti jistghu jakwistaw tazza tal-inbid bil-logo tal-Qormi Wine Festival għall-prezz ta’ €12. Biha jkunu jistghu jduqu l-inbejjed kollha offruti. Id-dhul ghal dan il-festival tal-inbid hu b’xejn.

    Id-dettalji kollha tal-Qormi Wine Festival jinsabu ukoll fuq is-dit elettroniku www.festiesterniqormi.org jew fuq il-Facebook Page tal-Kumitat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0