It-tfal fiċ-childcare centres żdiedu b'elf

  • Set 01, 2014 14:29
  • Miktub minn

    In-numru ta' tfal li jattendu ċ-childcare centres żdied b'elf minn meta l-Gvern nieda s-servizz ta' childcare bla ħlas f'April li għadda.

    Dan qalu ċ-Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, Clyde Caruana, waqt l-inawgurazzjoni ta' childcare centre ieħor tal-Gvern li jinsab fl-iskola primarja tal-Gżira u jismu “Il-Qawsalla Smart Kids Childcare Centre”. Caruana żied jgħid li issa hemm 3300 tifel u tifla li qed jattendu dawn iċ-ċentri.

    Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li b'dan iċ-ċentru l-ġdid, in-numru ta' childcare centres huwa 72. Minn dawn, 13 huma mmexxijin mill-Gvern, ħamsa huma privati u l-bqija huma proġetti bi sħab bejn is-settur privat u dak pubbliku.

    Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal li ċ-childcare b'xejn kien riskju kalkulat għax il-Gvern ħass li għandu jerfa' l-piż tal-familji li lesti jikkontribwixxu għall-ekonomija bix-xogħol tagħhom.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0