Riċerka dwar użu ta' enerġija alternattiva fil-produzzjoni tal-inbid

  • Set 01, 2014 13:56
  • Miktub minn

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, qal li qed issir riċerka flimkien mal-Università ta’ Malta dwar enerġija alternattiva mix-xemx biex tkun iġġenerata kesħa għall-proċess tal-inbid. Ħabbar ukoll l-ewwel tagħsira ta' għeneb fiċ-ċentru tal-vitikultura tal-Gvern fil-Buskett.

    Meta dalgħodu żar dan iċ-ċentru, Galdes qal li għalkemm iċ-ċentru kien inawgurat ta’ malajr qabel l-elezzjoni li għaddiet, ma kienx hemm il-makkinarju addattat biex dan jiffunzjona kif suppost. Għalhekk saret ħidma mill-Gvern biex jinġieb l-apparat u magni ġodda minn barra, biex b’hekk ikun jista’ jopera.

    Iċ-ċentru tal-Buskett huwa stazzjon sperimentali għas-setturi tal-vitikultura u l-enoloġija. L-ewwel tentattiv f'dan il-qasam f'pajjiżna kien sar lura fl-1947 meta l-iskop inizjali kien li Malta tibda tagħmel inbid lokali biex jiġi sostitwit ma’ dak impurtat. Kien għalhekk li l-Gvern alloka binja antika fil-Buskett u ftit raba’ madwarha. Snin wara kienet inbniet binja oħra u nġieb Malta l-Professur Olmo mill-Università ta’ California biex ir-riċerka titpoġġa iktar fuq bazi pforessjonali u wiesgħa.

    Illum iċ-ċentru hu mmexxi minn kumitat maħtur mis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja. Għal dan iċ-ċentru hemm imħejjija progammi li jinkludu sperimentazzjoni dwar id-dwieli awtonomi, estrazzjoni ta’ komponenti siewja mill-għeneb imkabbar fil-gżejjer Maltin u ħafna oħrajn.

    Fil-21 ta’ Settembru se ssir open day f’dan iċ-ċentru, opportunità għall-poplu biex jara iktar mill-viċin x’inhu eżattament il-proċess ta’ kif isir l-inbid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1