Tliet Bulgari jispiċċaw il-Qorti wara li ttallbu fil-Belt

  • Set 01, 2014 13:42
  • Miktub minn

    Tliet Bulgari li f'dawn l-aħħar jiem dehru jittallbu fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, dalgħodu tressqu l-Qorti u ġew mixlija li “għexu ħajja ta' għażż u vagabondaġġ u f'post pubbliku mmolestaw lin-nies biex jitolbu l-karità”.

    It-tliet Bulgari – Kirana Ivanova ta' 61 sena, Ivan Borisov ta' 29 sena, u Genoveva Dineva ta' 31 sena – ammettew l-akkuża kontrihom. L-uffiċjal prosekutur, Daryl Borg, qal li l-Bulgari ma kinux jafu li f'Malta huwa kontra l-liġi li ttittallab. Żied jgħid li huma talbu skuża u se jmorru lura lejn pajjiżhom dalwaqt.

    Hu mifhum li l-Bulgari kienu ilhom jittallbu mill-inqas tlett ijiem u l-pulizija rċevew diversi rapporti minn Maltin u turisti dwarhom.

    Huma ġew liberati bil-kundizzjoni li jagħmlux reat ieħor fi żmien tnax-il xahar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Grazzi ghal Mintoff ta dawn il ligijiet. Dak kien l-akbar u l-aqwa Priministru. Dnub li waqt li waqt eta daqshekk vulenabli inqdew bih biex iwaqqaw lil Sant u dhalna fil mishuta EU.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Huma ġew liberati bil-kundizzjoni li jagħmlux

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 01, 2014

    Hekk sew ta 30 sena jitalbu? Ja qabda ghazzenin inkallati! Humiex jiehdu l-unemployment benefits? Barra mill-EU mill- akta fiss ghax se tkun ir-rovina taghna!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 02, 2014

    Barra mill-Unjoni Ewropea halli nk

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 02, 2014

    Maltin, idhlu fil-Kampanja ghall-Hemsien Nazzjonali CNI halli nitilqu mill-jasar kolonjali li l-GUDIET taghna dahhluna fih u li l-QUISLINGS iridu jzommuna fih. Qum poplu Malti qabel ikun tard wisq.

    Irrispondi