Julian Galea jgħid li ċċajta goff

  • Lul 10, 2012 09:22
  • Miktub minn

    L-eks kunsillier ta’ Tas-Sliema Julian Galea qal mat-Times of Malta li meta qal li l-laburisti jħallashom inqas kien qiegħed jiċċajta goff.

    “Jiena persuna li niċċajta u iva, xi kultant, niċċajta goff,” Galea kien ikkwotat jgħid.

    “Qat ma ridt infisser dak li ntqal… lanqas kont nistenna lil xi ħadd jirrekordjani,” żied jgħid Galea.

    Intant, it-TOM irrapportat ukoll li minn investigazzjoni tad-diretturi tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali ma kien hemm l-ebda bażi għall-kummenti ta’ Galea. Fir-recordings li kienu xxandru Galea kien qal ukoll li kieku tfajla kellha tgħidlu li hi laburista ma kienx jibqa’ joħroġ magħha. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Galea kienu ġibdu kritika qawwija tant li eventwalment kellu jirriżenja mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Ħafna stqarru kif fis-soċjetà tal-lum dikjarazzjonijiet ta' mibgħeda ta' dan it-tip m'humiex aċċetabbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Jiccajta sabieh is-Sur Galea... cajta u mhux kliem bhal dak m'ghandu qatt jintqal!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Ma nafx ghaliex ma kelliex dubju kif se tintemm !!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Hallina Julian, ma nistax nifhem kif timmagina li xi hadd se jemmnek meta tghid hekk. Ticcajta tista' imma bic-cajt tieghek ma tistax toffendi lil haddiehor u lili ghalkemm ma tafnix minn Adam offendejtni bid-diskors tieghek. Issa jekk kontx t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 10, 2012

    Cajta u mhux Cajta, bluff u mhux bluff, jien zgur mhux ser nigi r-restaurant tieghek sur Galea!!! U din la hija cajta u anqas Bluff!!!

    Irrispondi