Wirja f'Londra minn artist Malti

  • Set 13, 2012 11:41
  • Miktub minn

    Minn nhar it-Tnejn l-ewwel ta' Ottubru 2012 sa s-Sibt 13 ta' Ottubru 2012, l-artist Rupert Cefai ħa jtella' wirja ta' pitturi f'The Framers Gallery, Windmill Str., W1T 2JT, Londra, l-Ingilterra. L-esebizzjoni, imsejħa Tiers of Truths, tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt mill-10.00am sal-5.30pm u is-Sibt minn 11.00am sal-5.00pm. Nhar il-Ħamis 4 ta' Ottubru bejn is-6.00pm u it-8.30pm fil-gallerija ħa ssir Private View fejn l-artist ha jkun preżenti. Din L-esebizzjoni hi appoġġjata mill-Malta Business Network f'Londra, L-Awtorita Maltija għat-Turiżmu u il-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.

    ‘Tiers of Truths’ (saffi ta’ veritajiet), hi kollezzjoni ta’ pitturi ispirati minn avvenimenti li ġraw vera; xeni li l-artist ra u għex. In-nies u l-isfond tax-xogħlijiet huma kollha ibbażati minn xeni li l-artist ra f’ibliet bħal Londra, Valletta, Essen u oħrajn. Dawn ix-xeni, dawn il-mumenti fil-ħajja ta’ xi ħadd huma wkoll tifkira ta kreazzjoni artistika ta’ xi ħadd ieħor; arti li nfluwenzat l-artist u l-mod kif jinterpreta l-ħajja. Kull pittura tirrapreżenta wieħed minn dawn il-mumenti fejn il-finzjoni u r-realta jidħlu f’xulxin biex joħolqu aneddotu viżiv li jirrapreżenta verita stratifikata. Bħal teatru, it-tila issir punt ta’ konverġenza. L-iskript, l-atturi u it-taħlita ta veritajiet personali li kemm l-artist kif ukoll l-udjenza iġibu magħhom, huma minsuġa flimkien sakemm isiru punt ta tluq għal konversazzjoni ġdida

    Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku http://www.rupertcefai.com/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook