Pablo Doffo jingħaqad ma’ Naxxar L.

  • Lul 10, 2012 08:38
  • Miktub minn
"

    Il-midfielder Arġentin, Pablo Doffo, se jkompli l-karriera tiegħu f’pajjiżna ma’ Naxxar Lions. Huwa ffirma magħhom għal sena.

    Il-kowċ tal-Lions, Winston Muscat ikkonferma dan l-akkwist mal-ġurnal l-orizzont.

    Fl-istess waqt, Muscat saħaq li l-klabb tal-Ewwel Diviżjoni akkwista s-servizzi tal-midfielder Brażiljan, Ivan Serino, li għalih din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna kif ukoll reġgħu ngħaqdu magħhom, Gilbert Camilleri u Glenn Magri, li matul l-istaġun li għadda ngħaqdu b’self ma’ Lija Athletics u Mellieħa rispettivament. Ta’ min jirrimarka li l-Lions diġà akkwistaw lill-attakkant Anthony Eworum mingħand Gżira United.

    Fl-istess waqt, dawn tal-aħħar komplew iżidu l-lista ta’ plejers fl-iskwadra tagħhom meta akkwistaw lid-difensur, Jean Paul Scerri, mingħand Lija Athletics, li ffirma kuntratt ta’ sena b’option għall-istaġun ta’ wara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0