Il-midja soċjali u l-bramel tas-silġ

  • Aww 27, 2014 07:59
  • Miktub minn Kristabelle Catania

    Kemm-il darba f’ħajjitna nitfgħu barmil silġ fuq rasna? F’ċirkostanżi normali jaf lanqas biss noħolmuha iżda skont Martin Debattista, kittieb u kummentatur fuq l-informatika, il-poplu daħal b’ruħu u ġismu għall-ALS Ice Bucket Challeng għal żewġ raġunijiet prinċipali; l-element filantropiku u l-oriġinalità tal-att innifsu.

    Il-midja soċjali spiss tintuża biex tqanqal kuxjenza dwar problemi u sfidi soċjali, u l-fatt li din l-isfida tista tgħaddiha, jew f’dan il-każ titfagħha, lil xi ħadd ieħor qed tgħin biex dan il-fenomenu jinxtered b’modd effiċjenti fuq siti bħal facebook.

    Skont Jennifer Polk, riċerkatriċi tal-informatika Amerikana, l-element l-aktar importanti fis-suċess ta' din il-kampanja kien ir-rispons emozzjonali li ħolqot. Issa huwa magħruf li l-aktar żewġ emozzjonijiet b'saħħithom huma l-umoriżmu u r-rabja. Skont Debattista kien propju dan l-element umoristiku li wassal lil-Maltin biex jagħtu donazzjoni għal riċerka dwar marda li ftit li xejn kienu jafu dwarha u lill-organizzazjoni 'l bogħod ferm minn pajjiżna.

    “Jien nemmen li kieku l-isfida kienet li titfi d-dawl u tixgħel xema' (kif jiġri f'Earth Hour per eżempju), kieku ma kinetx tkun daqshekk popolari,” saħaq Debattista.

    L-ammont ta’ videos li qed naraw fuq il-midja soċjali jaf iwassalna naħsbu li huwa aktar importanti li turi li aċċettajt l-isfida milli li tagħti d-donazzjoni. Saħansitra jekk tara sew x’qed jiġri issib li min ma ħax l-isfida kellu jispjega għaliex sostna Debattista. Barra minn hekk l-eżempju jkaxkar, u l-eżempju ta' personalitajiet ikaxkar ferm iktar. Il-fatt li diversi personalitajiet ħadu din l-isfida għin biex tinxtered b’aktar veloċità madwar id-dinja.

    F'dan il-każ, spjega Debattista, il-midja soċjali għenet fil-firxa tal-fenomenu imma ma kinux il-ġamra biex tibda l-kampanja ta' ġbir ta' fondi. Fi kliem ieħor, kieku ma kienx il-Facebook kieku l-kampanja kienet iddum iktar biex tilħaq lin-nies u tiġġenera dawn id-donazzjonijiet kollha imma probabli xorta kien ikollha skop tkompli, forsi f'sehem iktar mill-midja tradizzjonali bħat-TV.

    Bi ftit umoriżmu minn naħa ta’ Debattista wkoll huwa saħaq li f’Malta din hija sfida li friskatna, immaġina kieku l-kampanja ġiet fuqna f'Jannar u l-bramel bis-silġ inqelbu fuq l-irjus f'dan iż-żmien!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Aww 27, 2014

    U issa min se jigbed l-aktar video originali u jkollu l-aktar LIKES

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 27, 2014

    taghmluix daqsek ovja li din il-portal kontra l-PN................ anqas ir-ritratt tal-kap tal-opposizjoni ma iggibux

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 27, 2014

    Ma narax ir-relazzjoni dwar l-expertise fl-informatika u l-analizi ta

    Irrispondi