Strummin' Tribute to the Greats

  • Set 12, 2012 17:32
  • Miktub minn

    Strummin' Tribute to the Greats huwa kunċert annwali organizzat miż-Żgħażagħ Ħaddiema Insara. Dan il-kunċert jiġbor flimkien numru ta' kitarissti fuq palk biex jinġabru flus għall-benefiċenza.

    Din se tkun il-11-il edizzjoni ta' Strummin' li din is-sena se jkollha t-titlu Tribute to the Greats, fejn se jkunu mfakkra l-leġġendi kbar li ffurmaw il-mużika li nisimgħu.

    Strummin Tribute to the Greats se jittella' fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta' Malta nhar il-Ġimgħa 14 u s-Sibt 15 ta' Settembru. Strummin fih ix-xogħol kollettiv ta' 100 persuna li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-12 u l-50 sena. Il-kunċert se jkun preżentat minn Luke Dalli u Frank Zammit.

    Is-sena li għaddiet Strummin' Tribute to the Greats ġabar is-somma ta' €2,400 għall-Community Chest Fund. Din is-sena l-qligħ tal-festival se jmur għall-Puttinu Cares.

    Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq is-sit www.ooii.co.mt, jew billi jċemplu fuq 7924 4418.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook